Versity tal-Qroqq wettqu rebha sorpriza imma meritata kontra c-champions renjanti Valletta St.Pauli. Din ir-rebha
waslet wara zewg telfiet umiljanti konsekuttivi fejn il-Versity sofrew 17-il goal. Reazzjoni li regghet fakkret fil-loghob
sabih u kostruttiv li l-Versity darrewna jaghmlu l-istagun li ghadda.
Il-coach Camilleri kien car hafna fid-diskors ta’ qabel il-loghba u qal li ma kienx se jittollera izjed
prestazzjonijiet ohra bhal tal-ahhar zewg loghbiet u ried reazzjoni immedjata mill-players kollha anke jekk il-loghba kienet
kontra dak it-tim li ftit gimghat qabel rebahlu bl-iskor kbir ta’ 10-1.
F’din il-loghba rajna diversi ucuh godda mil-loghob ta’ qabel u dan zgur li ta’ izjed kwalita
fit-tim. Lura ghal Versity wara nuqqas ta hafna loghbiet kien hemm Kevin Cassar li gab mieghu esperjenza vasta li kiseb fil-passat
ricenti fil-football Malti, kif ukoll Claude Spiteri li bil-heffa tieghi kien ta’ xewka kontinwa fid-difiza avversarja.
Kien hemm ukoll ir-ritorn ta’ Ellul Soler u Cutajar fl-iskwadra inizjali. Neqsin ghal darb’ohra kien hemm Bugeja,
Williams, Vella, u Mifsud.
Mill-battuti inizjali tal-loghba, mal-ewwel deher li l-ispirtu kumbattiv tal-Versity gie lura u bdew anke jittantaw
xortihom fl-attakk. Is-St.Pauli pero kienu bhal dejjem perikoluzi u bdew jippressaw ghal goal kmieni. Izda l-goal skurjawh
il-Versity meta minn
azzjoni centrali, Scerri heles minn zewg plejers u ta through-pass
sabih fejn gab lil Camilleri wahdu quddiem il-goaler li b’kalma liema bhalha tefa fix-xibka fost il-ferh tal-Versity.
M’hemmx ghalfejn nghidu, Valleta inxtehtu fuq quddiem biex igibu l-goal tad-draw, imma d-difiza ta’ Tal-Qroqq
immexxija minn Cassar u mghejjuna minn
Grima li rega’ rritorna ghall-forma solita tieghu, xejnet kull tentattiv tal-avversajru.
Matul din l-ewwel taqsima, il-coach Camilleri kellu jaghmel sostituzzjoni bikrija meta Cutajar sfortunatament
wegga u ma setax ikompli. Minfloku dahal Saliba li ddebutta mal-Versity. Spiteri kien ta’ nkwiet kontinwu ghad-difensuri
tas-St. Pauli meta il-harbiet tieghu fuq il-lemin bdew isarrfu f’attakki perikoluzi. L-ewwel taqsima intemmet bil-Versity
minn fuq bl-iskor ta’ 1-0.
Mas-suffara tat-tieni taqsima, Valletta hargu determinati iktar minn
qabel biex jirkupraw din il-loghba u kienu insidjuzi iktar minn
darba izda dejjem sabu lil Agius attent bejn il-lasti. Wara 10 minuti tat-tieni taqsima, Sammut dahal jilghab flok Charles
Zammit fl-attakk li llum kellu loghba tajba, biex jkun hemm forzi friski. Bil-Valletta mohhom biex igibu d-draw bdew jinfethu
spazji kbar ghall-kontrattak tal-Versity u kien hemm diversi tentattivi minn
Sammut, Scerri, u Robert Zammit biex il-Versity ikabbru il-vantagg. Ftit wara inbidel Camilleri li kien ghejja ukoll u dahal Buttigieg.
Meta kien ghad fadal xi ghaxar minuti ghal tmiem il-partita, Valletta hadu dak
li kien ilhom jippruvaw ghax minn azzjoni fuq ix-xellug,
l-attakkant tal-belt iddevja b’mod opprtunuz ghax-xibka. Id-dizappunt tal-Versity ma tantx kien twil ghax bis-St.Pauli
jinsistu ghar-rebha, il-Versity xorta ma qadux iharsu u dawn gabu il-gowl tar-rebha meta Buttigieg, ha ballun tajjeb u minn pozizzjoni idejali fajjar xutt fl-anglu ghal vantagg favur il-Versity.
Valletta inhasdu minn dan il-goal u regghu bdew jippressaw ghad-draw u fil-hin zejjed
moghti mir-referee, Ellul Soler qabad b’mod sfortunat sieq l-attakkant tal-Valleta gol-kaxxa u dawn inghataw penalty.
It-tensjoni kienet wahda kbira. Jeffrey Zammit tal-Valletta
inkariga ruhu mill-penalty pero x-xutt tieghu hakkek mal-lasta u spicca barra. Il-ferh f’wicc il-players tal-Versity
kien wiehed evidenti u dan kien konfermat meta wara ftit ir-referee saffar tmiem il-partita.
Din ir-rebha ghall-Versity tfisser hafna ghax regghet tat lura dik il-hegga u l-moral li kien naqas sew fl-ahhar
gimghat. Tfisser ukoll 3 punti li fl-ahhar tal-kampjonat jiswew mitqlu deheb ghall-ambizzjoni tagghom li jzommu posthom fl-ewwel
divizjoni. Prosit kbira tmur lill-coach Camilleri li gharaf ikun konvincenti u jerga jitfa l-konvinzjoni fil-players tieghu,
konvinzjoni li dan il-kampjonat ghad ghandu x’joffri lil Tal-Qroqq.
Voti:
Agius
: 7.0 – Il-parati tieghu kienu determinanti;
Bonanno :
7.5 – Kunfidenti fl-interventi tieghu;
Ellul Soler :
7.0 – Posittiv fir-riton tieghu mal-ewwel hdax;
Grima
: 7.0 – Reazzjoni denja ta’ captain;
Cassar
: 8.5 – Maestro fid –difiza u mexxa difiza b,mod eccellenti;
Scerri
: 8.0 – Tarka importanti quddiem id-difiza;
Camilleri
: 7.0 – Effettiv u skorja gowl tajjeb;
Cutajar
: 6.5 – Nawguralwlu ritorn malajr minn injury
serja;
C. Zammit : 7.0
– Kien kapaci ikun ta’ periklu ghalkemm wahdu fl-attakk;
R. Zammit : 7.0
– Ghalaq b’mod eccellenti il-mohh tal-attakki avversarji
Spiteri
: 7.0 – Kien ta’ theddida kontinwa mal-lemin
Sostituti:
Saliba
: 6.5 – Mutur mal-linja;
Sammut
: 6.5 – Kontribut siewi fl-attakk
Buttigieg :
7.0 – Dahal tajjeb u skorja l-goal tar-rebha
Player
tal-loghba:
Kevin Cassar: L-esperjenza li gab mieghu kienet determinanti fid-difiza tal-Versity
li f’din il-loghba kienet that pressjoni kontinwa. Dan halla effett ukoll fuq shabu tad-difiza li xejnu kull tentattiv
tal-Valletta.