Dik li kienet qed tidher bhala t-tieni rebha konsekuttiva ghall-Versity, sfat imcahhda minn
goal fl-ahhar minuta ghal Ta’ Giorni. Rebha kienet tfisser li l-Versity jitilghu fit-tieni post tal-klassifika b’warajhom
timijiet iktar rinomati bhal l-istess Ta’ Giorni Wolves u fuq kollox Valletta St. Pauli. Il-loghba hadet ir-ruh fit-tieni
taqsima wara li fl-ewwel taqsima kien hemm hafna loghob f’nofs il-ground bi zbalji fuq iz-zewg nahat.
Ghal din il-loghba, il-coach Camilleri rega’ kellu ghad-disposizzjoni tieghu lil Cassar biex imexxi d-difiza,
din id-darba mghejjun minn Barbara bhala difensur centrali.
Minflok Cutajar li sofra injury serja fl-ahhar partita, kellna lura lil Bugeja wara assenza twila u lil Vella li rritorna
mal-ewwel hdax. Konfermati mal-ewwel hdax kien hemm Spiteri u Ellul Soler. Nieqes ghal din il-loghba kien hemm Robert Zammit.
Matul l-ewwel taqsima iz-zewg timijiet fit kienu perikoluzi lejn il-lasti avversarja b’hafna loghob f’nofs
il-ground u zbalji miz-zewg nahat. Ta’ min jinnota pero’ li l-Versity ghalkemm kienu qed jilghabu kontra avversarji
li fuq il-karta kienu ahjar u fil-fatt qed jiggieldu ghar-rebh tal-kampjonat, huma ma qaghdu xejn lura anzi pjuttost kienu
xi ftit ahjar mill-Wolves. Versity fil-fatt l-izjed li marru vicin li jiskurjaw minn cans
ta C Zammit u iehor minn Vella fejn il-gowler tal-Wolves
iddistingwa ruhu b’parata tajba. Id-difiza tal-Versity min naha
taghha dejjem razznet sew l-avversarji.
Fit-tieni taqsima iz-zewg timijiet hargu qishom mibdula ghax il-monotonija tal-ewwel taqsima sparixxiet b’loghob
sabih u diversi attakki li setghu ssarfu f’goals. Ghal darb’ohra l-Versity kienu ahjar u pruvaw jersqu bil-mod
il-mod lejn il-lasti avversarja. Dan irnexxielhom jaghmluh meta minn
azzjoni insistita fuq il-lemin , il-ballun spicca ghand Spiteri li mill-genb tal-kaxxa l-kbira fajjar xutt sabih li gheleb
ghal kollox lil gowler tal-Wolves. Tal-Qroqq baqghu jinsistu biex jissigillaw ir-rebha u marru vicin minn konkluzjonijiet ta’ Camilleri, Bugeja u l-istess Spiteri. Ta’ Giorni ma
baqghux lura wkoll u kellhom xi cansijiet ta’ skor li izda gew mizmuma tajjeb minn
Abdilla bejn il-lasti u mid-difiza li issa kellha lura lil Grima li dahal flok Vella, b’Barbara javvanza fin-nofs.
Il-coach Camilleri dahhal ftit forzi friski meta hames minuti mit-tmiem dahlu jilghabu Sammut u Saliba flok
Barbara u Ellul Soler rispettivament bir-rebha tidher vicin. Pero dan ma kellux ikun ghax minn through-pass intelligenti tal-midfield ta’ Ta’ Giorni, l-attakkant taghhom
harab in-nasba tal-offside u b’lob preciz gheleb lil Abdilla ghal draw ta 1-1. Inutli kienu l-protesti tal-Versity ghal
offside dubjuz ghax ir-referee beda jindika jdejh lejn nofs il-ground biex jerga jibda l-loghob.
Hija hasra li ma waslitx ir-rebha meta r-rizultat diga kien kwazi deciz imma dak hu s-sabih (jew l-ikrah!) tal-futbol.
Dan m’ghandux iwaqqa l-moral tal-Versity ghax fl-ahhar hadu punt iehor kontra tim sfidant ghat-titlu u punt li jkompli
jikkonsolidalhom posthom fl-ewwel divizjoni.
Voti:
Abdilla
: 6.5 – Ftit impenjat fl-ewwel taqsima pero dejjem pront tul it-tieni;
Buttigieg :
6.5 – Kumbattiv bhal dejjem;
Ellul Soler :
6.5 – Prestazzjoni tajba;
Barbara
: 7.0 – Kien ta’ ghajnuna kbira ghal Cassar fid-difiza;
Cassar
: 7.5 – Ghal darb’ohra surmast fid-difiza;
Scerri
: 6.5 – Jiggieled ghal kull ballun;
Camilleri
: 6.0 – Falla cansijiet tajba ta’ skor li setghu ssigillaw ir-rebha;
Vella
: 6.0 – Ghadu ma rkuprax 100% il-forma ideali tieghu;
C. Zammit : 6.0
– Ma kienx bizzejjed effettiv fl-attakk;
Bugeja
: 6.5 – Irritorna bi prestazzjoni tajba
Spiteri
: 6.5 – Gowl mehud tajjeb f’loghba kemmxejn kwieta ghalih
Sostituti:
Grima
: 6.0 – Dahal mal-ewwel fil-loghba ghalkemm ftit hin;
Sammut
: n.v. – Ftit hin
Saliba
: n.v. – Ftit hin
Player
tal-loghba:
Kevin Cassar: Matul dawn iz-zewg loghbiet kontra avversarji sfidanti ghat-titlu kien
strumentali biex il-Versity jiksbu l-punti u jergghu jqumu minn telfiet dizastruzi.