Versity Tal-Qroqq kienu biss ftit minuti boghod milli jgharrqu l-festi ghac-champions Senglea Guneers meta sal-ahhar
kwarta loghob huma kienu qeghdin igawdu goal vantagg. Izda wara li l-Gunners skurjaw il-goal tad-draw proprju kwarta mit-tmiem
ma harsux lura u komplew biex rebhu 3-1. Din kienet tkun sorpriza metas tqis li l-Gunners tilfu biss loghba wahda matul il-kampjonat
kollu. Dan kollu jixhed kemm il-Versity fl-ewwel stagun taghhom mal-kbar qatghu figura sodisfacenti. Wara li accertaw ruhhom
mis-salvazzjoni kmieni matul il-kampjonat, huma sahansitra iggieldu ghat-tieni post sal-ahhar loghba.
Ghal din l-ahhar loghba tal-kampjonat, il-coach Camilleri kellu jaghmel tajjeb ghan-nuqqas taz-zewg gaolers
regolari billi uza lit-tielet goaler Baldacchino. Fic-centru tad-difiza kien hemm ir-ritorn ta’ Kevin Cassar filwaqt
li f’nofs il-ground dahlu lura Vella u Sammut max-xellug.
Senglea mal-ewwel battuti tal-partita bdew ifittxu li jifthu l-iskor halli jaghlqu l-kampjonat bil-kbir pero
d-difiza tal-Versity bdiet izzomm kontroll tajjeb hafna tal-attakkanti avversarji. Peress li max-xellug, il-Gunners ma bdewx
jghaddu ghax sabu lil Ellul Soler u Sammut f’vena tajba, huma bdew jinsistu b’long passes fuq il-lemin, izda Bonanno
dejjem kien attent u l-perikli kienu ftit li xejn.
Iktar ma beda ghaddej il-hin, Tal-Qroqq bdew jiehdu iktar kuragg fl-attakk u dan wassal ghal cans tad-deheb
mitluf minn
Sammut meta minn cross mil-lemin, harab lid-difensuri avversarji
pero xuttja dghajjef u l-ballun spicca barra. L-andament tal-loghba baqa’ tajjeb biz-zewg nahat jilghabu futbol sabih
u jippruvaw ifittxu r-rebha.
Matul it-tieni taqsima, Senglea bdew jippressaw iktar biex ifittxu l-goal li jaghtihom it-tlett punti, pero’
kontra x-xejra tal-loghob, minn xutt ta’ Spiteri li deher bla nkwiet ghal goaler avversarju,
il-ballun ha direzzjoni stramba bil-goaler jirnexxielu jimbuttah biss ftit ‘il barra u pront kien hemm Robert Zammit
li minn ftit passi boghod tefa’ gewwa. Dan hasad xi
ftit lil Gunners u wara ftit il-Versity kienu vicin li jirduppjaw meta minn pass fit-tul, Sammut gera ghal ballun u meta kien
pront jixxutja, id-difensur tal-Gunners tajjarlu l-ballun.
Senglea bhal donnhom irrealizzaw li riedu jinsistu iktar ghar-rebha u tefghu kollox fuq l-attakk. Dak li riedu
rnexxielhom jaghmluh meta kien kien ghad fadal kwarta ghat-tmiem. Wara azzjoni insistita fl-attakk, xutt minn fuq il-lemin gheleb lil Grima li kien dahal flok Baldacchino bejn il-lasti. Minn hawnhekk, il-Gunners ma harsux lura u komplew jinsistu biex jiksbu
r-rebha. Sadattant, ghal Versity dahlu jilghabu Buttigieg, Saliba, u Philip Zammit minflok Baldacchino, Sammut u Charles Zammit
rispettivament. Lejn l-ahhar minuti, Senglea hadu dak li riedu u skurjaw zewg goals fotokopja fejn minn crosses baxxi mil-lemin sabu lill-attakkanti taghhom pronti biex jitfghu fix-xibka
mill-vicin ghall-skor finali ta’ 3-1 favur il-Gunners.
Wara l-loghba, il-Versity kienu xi ftit dizappuntati ghax setghu hargu minn
din il-loghba b’tal-inqas draw pero s-sahha u l-esperjenza tal-Gunners kienet superjuri fl-ahhar minuti. Dan ma jnaqqas
xejn mill-kampjonat sodisfacenti li ghamlu l-Versity fejn mal-ewwel stagun mal-kbar spiccaw fir-raba post ‘il boghod
miz-zona relegazzjoni. Ghajr ghal-telfa kbira kontra l-istess Senglea fl-ewwel round, il-prestazzjonijiet kienu dejjem tajbin
u din tinkludi wkoll rebha mill-aqwa kontra Valletta St. Pauli.
Voti:
Baldacchino : 6 – Ftit
kellu perikli serji lejn il-lasta tieghu;
Bonanno :
6.5 – Attent hafna fl-ewwel taqsima, batta xi ftit lejn l-ahhar;
Ellul Soler :
6.5 – Zamm il-posizzjoni tieghu b’mod tajjeb hafna;
Grima
: 6.5 – Koncentrat fil-qalba tad-difiza u bla tort bejn il-lasti;
Cassar
: 6.5 – Mexxa d-difiza b’esperjenza;
Vella
: 6.5 – Effettiv fir-ritorn tieghu mal-Versity;
Spiteri
: 6 – Xi ftit impreciz fil-crosses lejn l-attakk tal-Versity;
Scerri
: 6.5 – Il-filtru quddiem id-difiza;
C. Zammit : 6 –
Difficli tkun perikoluz wahdek quddiem difiza ta’ champions;
R. Zammit : 6.5
– Goal t’opportunist tal-kaxxa;
Sammut
: 6.5 – Grinta u determinazzjoni.
Sostituti:
Buttigieg :
6 – Dahal tajjeb jghin fin-nofs
Saliba
: n.v – ftit hin;
P. Zammit : n.v
– ftit hin
Player
tal-loghba:
Jacques Ellul Soler – Ghalaq tajjeb ferm l-ispazji fuq ix-xellug u dejjem kien
attent li ma jitlifx il-posizzjoni tieghu