VERSITY TAL-QROQQ AFC

Versity jibqghu bla punti fl-ahjar prestazzjoni tal-istagun

Home | Gallery | Fixtures | History | Squad | Archives | Guestbook

Fl-ahjar loghba tal-istagun, il-Versity hargu b’dizappunt kbir meta sfaw meghluba bl-iskor ta’ 3-2 kontra Sliema Rangers. Rizultat li zgur ma jixhidx il-passi l’quddiem li ghamel it-tim mill-ahhar hargiet tieghu. Izda, grazzi ghal-qawwa ta’ Sliema, kif ukoll ghal xi decizjoni kontroversjali tar-referee, Sliema irnexxielhom igibu r-rebha u kkonsolidaw posthom fit-tieni post tal-klassifika, filwaqt li Versity baqghu ankrati f’qiegh il-klassifika minghajr l-ebda punt.

 

Il-Versity kellhom jaghmlu diversi tibdiliet mill-ahhar loghba fejn kellhom nieqsa lil Agius, Grima, u Salerno. Ghal dawn in-nuqqasijiet kellna id-debutt stagjonali tal-coach Camilleri bhala goalkeeper, Aaron Sammut li ddebutta mal-ewwel hdax dan l-istagun bhala full back, u r-ritorn wara diversi gimghat ta’ Aaron Mifsud fic-centru tal-attakk. Fil-fazi inizjali tal-loghba iz-zewg timijiet bdew jistudjaw lil xulxin b-diversi blalen msruqa u mitlufa f’nofs il-ground. Ta’ min jgihd pero li l-Versity kienu dik in-naqra ahjar mill-avversarji b’girjiet mal-linja ta’ Bugeja, mghejjun tajjeb hafna minn Sammut u minn Mifsud li beda jzomm id-difensuri tar-Rangers dejjem attenti.

 

Madankollu, wasal l-ewwel gowl tal-partita favur Sliema. Minn freekick mill-genb fi tlett kwarti tal-ground, l-attakkant ta’ Sliema ghola komdu bir-ras u fajjar il-ballun fit-tarf tal-lasta b’Camilleri jigbor il-ballun minn gox-xibka ghall-ewwel darba fil-partita. Kuntrarju ghas-soltu, il-Versity ma qatghux qalbhom u fi ftit minuti gabu d-draw. Ballun irkuprat fid-difiza minn Sammut, Williams iqassam lil Mifsud li fetah mal-linja lil Bugeja, li bi cross fil-baxx sab lil Charles Zammit fin-nofs tal-kaxxa li tefa gewwa ghal draw meritat ghal Versity. L-ewwel taqsima ntemmet 1-1 bil-Versity iharsu b’kuragg ghat-tieni taqsima.

 

Fit-tieni taqsima, l-istorja ma tinbidilx bil-loghob maqsum bejn iz-zewg timijiet, bil-Versity perikoluzi iktar minn Sliema. Hawnhekk ta min isemmi ix-xoghol siewi li ghamlet id-difiza tal-Versity li zammet kull attakk tal-avversarji, kif ukoll lil Bugeja u Mifsud li hadmu tajjeb hafna fuq ix-xellug. Il-frott tal-attakki tal-Versity wasal meta minn azzjoni persistita minn fuq ix-xellug bejn Bugeja u Mifsud, Williams sab il-ballun f’saqajh u minn tarf il-kaxxa tefa’ lil Versity fil-vantagg. Minn hawn ‘il quddiem, Sliema ppressaw iktar biex igibu l-punti minn din il-loghba li kient tiswihom hafna ghar-rebh tal-kampjonat. Imbaghad wasal il-mument li nistghu nghidu ddecieda l-loghba. Versity skurjaw il-gol tat- 3-1 pero r-referee hassar il-goal fuq offside dubjuz issenjalat mil-linesman. F’inqas minn zewg minuti, minn freekick fil-genb tal-kaxxa l-kbira ghal Sliema, l-attakkant tar-Rangers ostakola b’mod car lil goaler Camilleri tant li ma hallihx janticipa l-cross, bil-ballun jibqa’ diehel fix-xibka. Ta’ xejn kienu l-protesti tal-Versity ghax ir-rizultat issa kien 2-2. Id-daqqa fatali waslet fl-ahhar ftit minuti meta minn cross mill-gemb, Eurogoal tal-attakkant ta’ Sliema minn semi-rovesciata ta’ r-rebha lir-Rangers.

 

Mat-tisfira finali, il-players tal-Versity hargu b’dizappunt kbir fuq wicchom ghal din li setghet tfisser l-ewwel rebha fis-Swan League. Pero, prestazzjoni bhal din ghandha timla b’kuragg lil Tal-Qroqq li huma jistghu jikkompetu mal-aqwa timijiet tal-kampjonat minghajr ma juru li ghandhom xejn inqas minn haddiehor.

 

Voti:

 

Camilleri – 6 Debutt tajjeb

Buttigieg – 6 Qeda dmiru tajjeb

Borg – 6.5 Ma qabzuhx darba

Ferrante – 6 Difiza soda

Sammut – 6.5 Dejjem anticipa lill-attakkanti Slimizi

Cutajar – 6 Midfield f’idejh

Bugeja – 6.5 Sab postu fuq ix-xellug.

Calleja – 6 Mkisser bil-fouls

Mifsud – 6.5 Importanti ghal Versity fuq quddiem

Williams – 6.5 Hallih fil-ground ghax jista jsolivilek loghba

C. Zammit – 6 Il-goal premju ghal captain tat-tim

 

Player of the match – Aaron Mifsud. Il-presenza tieghu fl-attakk hija ta’ wgiegh ta’ ras kontinwu ghall-avversarji.

Nistedinkom tibaghtu l-kummenti taghkom fuq il-loghba u fuq ir-rapport