VERSITY TAL-QROQQ AFC

Tkompli n-nixfa tal-punti ghal Versity

Home | Gallery | Fixtures | History | Squad | Archives | Guestbook

Il-Versity komplew il-kampjonat b’telfa ohra kontra Senglea Gunners. Telfa pjuttost kbira li mmaturat specjalment fit-tieni taqsima fejn il-Gunners ziedu tlieta ohra mal-goal li skurjaw fl-ewwel taqsima ghal skor finali ta’ 4-0. Ta’ min jghid li fl-ewwel taqsima Tal-Qroqq kienu kwazi qed jaqsmu l-loghob mal-avversarji pero’ goal fl-ewwel minuti tat-tieni taqsima mill-Gunners qata’ kull tama ta’ rimonta li seta’ kien hemm, fejn imbaghad il-Versity sfaxxaw kompletament.

 

Nghaddu ghal kronaka tal-partita bil-Versity ghal darb’ ohra bi players neqsin – Aaron Mifsud, Robert Zammit, Steve Ferrante, ohrajn li rritornaw – Donald Caruana, Maurizio Salerno, u kellna wkoll id-debutt stagjonali ta’ Brian Baldacchino. Bejn il-lasti ergajna kellna lil David Agius, b’ Daniel Camilleri jirritorna fuq il-bank jidderiegi lit-tim. Wara fazi ta’ studju, Senglea bdew idawwru l-ballun b’mod tajjeb hafna u fil-fatt wara ftit hin wasal l-ewwel goal. Minn azzjoni fuq ix-xellug, cross fil-baxx sab lil winger Senglean wahdu fil-kaxxa u bi placing sabih tefa’ l-ballun fix–xibka ghal rizultat ta’ 1-0. L-istess bhal ma gara fil-partita kontra Sliema Rangers, il-Versity ma qaghdux lura u bdew gejjin f’taghhom wara l-hasda tal-goal. F’wiehed mill-corners rari li kellhom matul il-partita, wara clearance bir-ras minn wiehed mid-difensuri tal-Gunners, Sammut xuttja tajjeb bil-ballun jghaddi ihakkek mal-lasta l-wieqfa biex cahdu mill-ewwel goal tal-kampjonat u d-draw tal-Versity. Din kellha tkun wahda mill-ftit azzjonijiet li kellhom Tal-Qroqq matul il-loghba. B’iktar azzjonijiet mhux daqstant denji ta’ nota, spiccat l-ewwel taqsima bis-Sengleani fil-vantagg ta’ 1-0.

 

Fil-mistrieh, il-coach ghamel xi tibdiliet billi biddel lil Kenneth Bonnici ma’ Alex Borg u avvanza lil Aaron Sammut f’nofs il-ground fuq ix-xellug u Paul Bugeja jiehu kontroll ta’ nofs il-ground. Pero’ dawn il-bidliet ma swew ghalxejn, ghax kif bdiet it-tieni taqsima, Senglea Gunners irduppjaw b’goal simili tal-ewwel wiehed. Minn hawn beda l-kalvarju tal-Versity. Il-Gunners hadu kontroll assolut tal-partita u skurjaw darbtejn ohra. Ghajr ghal xi tentattiv rari minn Ivan Calleja, Tal-Qroqq ma resqux lejn il-lasta avversarja. It-tielet goal wasal minn azzjoni fuq ix-xellug, meta l-attakkant tal-Gunners qabez lid-difensur tal-Versity u bi cross fil-baxx sab lil siehbu f’nofs il-kaxxa li tefa’ gewwa facilment. Id-daqqa finali waslet ezatt mat-tisfira finali tar-referee meta minn xutt f’tarf il-kaxxa issigilla r-rebha ghal Gunners bl-iskor ta’ 4-0.

 

Ghal darb’ohra l-Versity komplew fil-mixja negattiva tagghom dan l-istagun meta sabu quddiemhom opposizzjoni ferm iebsa minn avversarji li l-ambizzjonijiet taghhom huma differenti minn dawk tal-Versity. Dan m’ghandux jaqta’ qalb lil players tal-Versity meta ghat-tmiem tal-ewwel fazi fadal loghob importanti li jistghu jsarrfu f’punti mportanti li jingarru ghat-tieni fazi.

 

Voti:

 

Agius: 6 – Bla tort fil-goals

Caruana: 5.5 – Gunners iktar veloci fuq in-naha tieghu.

Sammut: 6 – Irsista kemm seta’

Grima: 5.5 – Kellu partiti ahjar

Baldacchino: 6.5 – Debutt mill-aktar felici

Cutajar: 5.5 – Mwaqqaf mil-midfield tal-Gunners

Bugeja: 6 – Loghba tajba

Bonnici: 5.5 – Is-sahha tal-Gunners wisq ghaz-“Zola”

C. Zammit: 5.5 – Ma seta’ xejn kontra d-difiza avversarja.

Calleja: 6.5 – Ispirazzjoni kontinwa ghal shabu.

Buttigieg: 6 – Kumbattiv

 

Sostituti:

Borg: 5.5 – Id-dhul ma halliex l-effett mixtieq

Schembri: 5.5 – Seta’ kien ahjar

Salerno: bla vot – ftit hin biex ihali mpatt

 

Player tal-loghba: Ivan Calleja – Ghalkem f’loghba bhal din huwa difficli biex issib min kien l-ahjar, pero Calleja ma waqaf qatt jigri u prova li seta biex igib rizultat iktar denju ghal Versity.