F’partita li l-Versity kellhom bilfors jirbhu f’konfront
dirett ma’ avversarju tal-livell taghhom, fallew u fallew bil-kbir b’telfa umiljanti ta’ 5-1. Ghall-Imtarfa
din kienet biss it-tieni rebha tal-istagun f’partita li huma sfruttaw kull okkazjoni li giethom u komplew jankraw lil
Versity f’qiegh il-klassifika. Il-Versity nizlu ghal din il-partita minghajr sostituti bin-nuqqas ta’ diversi
players fosthom Agius, Cutajar, Bugeja, Borg, Schembri u R. Zammit. Ipatti ghal dan in-nuqqas kellna r-ritorn ta’ Ferrante.
Tal-Qroqq hargu determinati ferm li jiksbu l-ewwel punti tal-kampjonat
u dan deher mal-ewwel azzjoni tal-partita. Minn ballun li rebah fuq ix-xellug, Sammut qabez lill-avversarju
tieghu, dahal fil-kaxxa u meta kien se jixxutja gie mwaqqa ghal penalty car. Pero’ r-referee kien t’opinjoni differenti
u halla l-loghob ghaddej fost il-protesti tal-Versity. Ta’ dan pattew qares ghax fi ftit minuti l-Imtarfa marru fil-vantagg
ghall-ewwel darba meta minn outball minn hdejn il-kaxxa, l-attakkant tal-Imtarfa harab lid-defensuri tal-Versity u b’xutt
bid-dawra gheleb lil Camilleri fuq l-ewwel lasta. Madankollu, Tal-Qroqq irkupraw malajr u minn cross fuq il-lemin, Williams ghola tajjeb bir-ras u tefa’ fix-xibka ghal draw
momentanju. Izda dan ir-rizultat ma tantx dam ghax lanqas ghaddew hames minuti li l-Imtarfa ma reghux marru fil-vantagg. Xutt
tajjeb minn barra l-kaxxa sab lil Camilleri mhux preparat
u b’hekk ir-rizultat isir 2-1.
Ta’ min jghid li Tal-Qroqq kellhom igibu draw f’iktar minn okkazjoni wahda. L-ikbar wahda tigi f’saqajn Sammut li minn cross baxx ta’ Mifsud, mill-kaxxa zghira wahdu quddiem il-goaler,
xuttja l-ballun centrali bil-goaler reattiv bizzejjed li jsalva l-vantagg ghall-Imtarfa. Il-Versity baqghu jinsistu u ghal
darb’ohra Sammut prova jpatti ghall-izball precedenti u minn
harba fuq ix-xellug jixxutja tajjeb ferm bil-goaler ixellef il-ballun ghal mal-lasta bil-ballun jispicca corner. Il-fortuna
ma tantx kienet habiba mal-Versity ghax minn xutt mill-vicin
ta’ Mifsud, il-Ballun jahbat inkredibilment mal-lasta l-wieqfa u mal-mimduda fl-istess hin u jispicca barra. Hawnhekk
tintemm l-ewwel taqsima u definittivament Tal-Qroqq kien haqqhom id-draw.
Kif bdiet it-tieni taqsima stennejna li l-Versity se johorgu ghal goal
tad-draw. Dan ma kellux ikun ghax l-Imtarfa gharfu jisfruttaw l-izbalji tad-difiza tal-Versity u umiljawhom b’rebha
kbira ta’ 5-1. Dan ma jfissirx li l-Versity ma pruvawx ghax kellhom hafna iktar mil-loghob pero ftit li xejn kienu perikoluzi.
Noti posittivi ghal Versity kienu Ferrante li kieku ma kienx hu fid-difiza l-iskor kien ikun hafna ikbar u lil Sammut li akkwista
hafna fouls fuqu fuq ix-xelluq li setghu isarrfu fi free-kicks perikoluzi ghal Tal-Qroqq. Il-goals tal-Imtarfa waslu minn xutt iehor minn barra l-kaxxa wara ballun mitluf fid-difiza bil-midfield
ma jsegwix l-azzjoni, corner bil-ballun jibqa ghaddej minn quddiem id-difiza kollha bl-attakkant
tal-Imtarfa ixxamplat jitfa fix-xibka u d-daqqa finali tasal minn
azzjoni fuq il-lemin li ssigillat ir-rebha u l-ferh kbir ghall-Imtarfa.
Il-Versity ghal darb’ohra hargu b’rashom baxxuta minn dan il-konfront u li johrog minn
dan il-konfront hija tendenza ta’ min jithasseb fuqha. Ghal dawn l-ahhar tlett loghbiet, fl-ewwel taqsima il-Versity
jew kienu minn fuq (Sliema) jew inkella qasmu l-loghob mal-avversarji
(Senglea, Mtarfa) u fit-tieni taqsima sfaxxaw kompletament. Jista’ jkun li dan ifisser nuqqas ta’ preparazzjoni
fizika. Naraw fil-loghob li gej ghal tmiem l-ewwel fazi.
Voti:
Camilleri: 5.5 – Ghandu bzonn jirkupra l-fitness.
Buttigieg: 5.5 – Ghamel li seta’.
Salerno: 5.5 – Mhux daqshekk effettiv.
Grima: 5.5 – Kien taht pressjoni kontinwa
Ferrante: 6 – Kieku ma kienx ghalih, it-telfa kienet tkun ikbar.
Bonnici: 5.5 – Batta fit-tieni taqsima.
C. Zammit: 5 – Naqas fil-fazi difensiva.
Calleja: 6 – Jistinka u jaghti grinta bzonnjuza fin-nofs.
Mifsud: 5.5 – Seta’ kien aktar determinanti.
Williams: 5.5 – Apparti l-goal ma ghenx bizzejjed il-midfield.
Sammut: 6 – Habrieki pero zbalja goal cert.
Player tal-loghba: Steve Ferrante – F’loghbiet bhal dawn
u fejn id-difiza taqla hames goals hu difficli li taghzel l-ahjar player, pero’ hu kien l-unika wiehed li hareg bl-unuri.