F’gurnata tipikament xitwija b’rih qawwi u xita niezla, il-Versity akkwistaw
l-ewwel punt taghhom dan l-istagun fi draw minghajr goals kontra Ta’ Giorni Wolves. Minn naha
taghhom il-Wolves fallew cans tajjeb biex jassiguraw post fic-Championship Pool. Ghal Versity dan il-punt seta’ facilment
kien tlieta meta tqis li Ta’ Giorni kellhom player imkecci wara kwarta loghob u gew falluti diversi cansijiet fl-attakk.
Il-coach Daniel Camilleri
kellu ghal darb’ohra jbiddel il-formazzjoni inizzjali meta kellu neqsin il-koppja centrali tad-difiza, Ferrante u Grima
u lil Sammut influwenzat u Bonnici indispost. Minn naha
l-ohra kellna r-ritorn ta’ Cutajar, Bugeja, u l-goaler Agius. Il-Versity mal-ewwel urew l-intenzjonijiet taghhom u fethu
fuq l-attakk b’passaggi veloci kemm centrali u mal-linja. Wara biss kwarta loghob l-attakkant tal-Wolves tkecca wara
protesti insistiti mar-referee u ntwera l-hamra dirett. Dan ta iktar stimolu lil Versity li komplew jattakkaw u fallew cansijiet
tajba ta’ skor minn Mifsud u Robert Zammit. L-ewwel
taqsima kompliet ghaddejja b’ritmu tajjeb bil-Versity jaghlquha fuq l-attakk bil-Wolves rarament ikunu perikoluzi.
Fit-tieni taqsima bqajna naraw l-istess andament, b’Tal-qroqq
kontinwament fuq quddiem. Ta’ min isemmi ix-xoghol importanti hafna li ghamlu d-difiza li waqfet kull periklu li seta’
nholoq u l-midfield li zammew dejjem taht pressjoni kontinwa d-difiza tal-Wolves. Il-Versity fallew hafna cansijiet bi blalen
mitlufa fl-ahhar passagg u xuttijiet barra u ta’ dan irriskjaw li jpattu qares. F’zewg kontrattakki, Ta’Giorni
kwazi marru fil-vantagg meta fl-ewwel okkazjoni laqtu l-lasta b’xutt mill-qrib u fit-tieni save stupend t’Agius
zamm ir-rizultat ta’parita’. Fl-ahhar kwarta, il-coach tal-Versity ghamel sostituzzjoni biex iserrah lil Charles
Zammit u dahhal lil Karl Bonanno li rega rritorna lura fl-iskwadra wara nuqqas twil minhabba injury. Hawnhekk dahlet ukoll
xi ftit tal-biza fil-Versity li riedu jibzghu ghal dan l-ewwel punt li kienu qed jiksbu u fi ftit hin il-partita spiccat u
ghalqet fi draw ta 0-0.
Wara sebgha telfiet konsekuttivi, il-Versity kisbu l-ewwel punt
f’partita li setghu facilment rebhu. L-ironija hija li ghalkemm inkiseb dan l-ewwel punt wara prestazzjonijiet dizastruzi
u telfiet umiljanti, il-players xorta hargu dizappuntati f’partita li laghbu ghal hin twil bi player iktar. Pero dan
il-punt ghandu jaghti kuragg lit-tim biex ghal bqija tal-kampjonat izid fuq il-prestazzjoni tallum u jikseb l-ewwel rebha.
Voti:
Agius: 7 – Sikurezza bejn il-lasti
Salerno: 6.5 – Lura mal-ewwel hdax bi prestazzjoni tajba
Buttigieg: 7 – Haffer gandott tiela u niezel mal-linja.
Cutajar: 7 – Libero eccellenti
Baldacchino: 7 – Ritorn mill-aqwa fid-difiza
Calleja: 6.5 – Surmast fin-nofs
C. Zammit: 6 – Seta’ kien aktar effettiv
Schembri: 6.5 – L-aqwa prestazzjoni tal-istagun ghalih
Mifsud: 6 – Falla diversi cansijiet
R. Zammit: 6.5 – Prova ghal diversi drabi jiftah l-iskor
Bugeja: 6.5 – Importanti ghal bilanc tat-tim
Sostituti:
Bonanno: 6 – Vot ta’ kuragg ghalih li dahal lura wara
injury twila.
Player tal-loghba:
Chris
Buttigieg: Fl-ahjar prestazzjoni tal-istagun ghalih zamm kull attakk li gie mal-linja tieghu u assista lil shabu fl-attakk
b’mod eccellenti.