Il-Versity kienu zewg minuti biss il-boghod milli jiksbu l-ewwel rebha
tal-istagun meta sfaw milhuqa minn Tarxien ghal draw finali ta’ 2-2. Tal-Qroqq komplew itejbu
fuq il-prestazzjoni tajba kontra Ta’ Giorni Wolves, skurjaw zewg goals u holqu hafna aktar azzjonijiet ta’ skor.
Minn naha ta’ Tarxien
dan il-punt jiswa mitqlu deheb ghax dahhalhom bic-cans biex jkunu ma l-ewwel hamsa tal-klassifika biex jibqghu jiggieldu ghar-rebh
tal-kampjonat.
Ghall-Versity kellna n-nuqqasijiet tal-players li kkaratterrizzaw il-kampjonat
kollu. Din id-darba kellna neqsin lil Cutajar, Ferrante, Mifsud u Williams fost ohrajn. Ta’ dan patta r-ritorn ta’
David Grima li gie skjerat sorprendentament fl-attakk f’mossa mahsuba mill-coach Camilleri. Il-partita bdiet b’ritmu
mghaggel fejn Tarxien ippruvaw jmorru fil-vantagg kmieni pero sabu lid-difiza tal-Versity dejjem attenta b’Sammut u
Buttgieg kostretti jrazznu l-girjiet taghhom fl-attakk. Madankollu, il-Versity marru fil-vantagg b’goal opportunista
ta’ Grima meta minn free-kick b’sahhtu ta’ Salerno, il-goaler ta’ Tarxien ma zammx il-ballun u pront pront sab lil Grima li b’facilta’
tefa’ fix-xibka ghal vantagg tal-Versity. Dan il-goal ta’ ragun lil coach Camilleri li ghazel lil Grima biex imexxi
l-attakk tat-tim tieghu. Tarxien komplew fejn hallew u ppruvaw isibu l-goal tad-draw malajr u b’hekk Tal-Qroqq ghamlu
l-ewwel sostituzzjoni b’Charles Zammit jidhol flok Schembri. L-ewwel taqsima ghalqet bil-Versity fil-vantagg 1-0.
Fit-tieni taqsima, Tarxien komplew jinsistu ghad-draw u dan irnexxielhom
jaghmluh minn azzjoni korali tat-tim li qabdet id-difiza
tal-Versity mhux preparata u Agius kellu jigbor il-ballun mix-xibka ghal skor ta’ 1-1. Il-Versity ma accettawx dan ir-rizultat
u issa kienu aktar perikoluzi fl-azzjonijiet taghhom b’Bugeja ifalli minn
azzjoni fuq ix-xellug. L-isforzi tal-Versity hallew il-frott meta minn
azzjoni fuq il-lemin, jaqa wasal ballun f’saqajn Sammut li ma damx jasibha u fajjar xutt fuq id-dawra u tefghu fir-rokna
tax-xibka ghall-ewwel goal tieghu fil-kampjonat. Hawn il-Versity kellhom fejn jaghlqu l-loghba b’cansijiet tajba mitlufa
minn Bugeja darbtejn u Charles Zammit. Meta
l-holma tat-tim dehret se ssir realta’ u b’Tarxien kull ma jmur jippressaw ghad-draw, sehh dak li ma xtaqux Tal-Qroqq
u zewg minuti mit-tmiem, Tarxien gabu draw prezzjuz ghalihom bil-goaler Agius ma jista’ jaghmel xejn ghax-xutt sabih
ta l-attakkant avversarju. Fi ftit hin ir-referee saffar it-tmiem tal-partita ghal skor finali ta’ 2-2.
Wara seba’ telfiet konsekuttivi, iz-zminijiet koroh jidhru li
ghaddew ghall-Versity b’koncentrazzjoni differenti minn
kull player, grinta li konniex rajna qabel u determinazzjoni li r-rizultat posittiv jista’ jigi. Dan jawgura tajjeb
ghat-tieni fazi tal-kampjonat fejn issa l-Versity jissieltu ghall-Famalco Cup.
Voti:
Agius: 6.5 – Dejjem deciz fil-hargiet tieghu.
Salerno: 6.5 – Is-sahha tieghu waslet ghall-ewwel
goal.
Baldacchino: 6.5 – Id-dhul tieghu fid-difiza kien importanti.
Bonanno: 6.5 – Dahal lura b’mod stupend mill-injury serja
li kellu.
Calleja: 7 – Il-brix f’saqajh jixhdu l-impenn li jaghti
fil-ground.
Schembri: 5.5 – Pass lura fil-prestazzjoni mill-ahhar loghba.
Buttigieg: 6.5 – Bhal dejjem utli hafna f’kull dipartiment.
R. Zammit: 6 – Kien tajjeb fil-fazi ta kopertura
D. Grima: 6.5 – Qeda dmiru b’mod tajjeb hafna fuq quddiem.
Bugeja: 6 – Xoghol siewi hafna pero mhux imzewwaq bil-goal.
Sammut: 6.5 – Goal misthoqq ghall-loghba qalbiena.
Sostituti
C. Zammit: 6 – Id-dhul tieghu ta’ izjed bilanc lit-tim
Ellul Soler: ftit hin biex ihalli impatt
Bonnici: ftit hin biex ihali impatt
Player tal-loghba:
Ivan Calleja: Il-grinta u d-determinazzjoni tieghu li jiggieled ghal
kull ballun qed thalli effett fuq it-tim kollu.