VERSITY TAL-QROQQ AFC

Tasal l-Ewwel Rebha ghal Versity

Home | Gallery | Fixtures | History | Squad | Archives | Guestbook

Il-bidu tat-tieni fazi, jew ahjar il-Famalco Cup, ironikament gabet maghha t-tmiem – it-tmiem ta’ stennija - ma l-ghaxar loghba waslet ir-rebha fis-Swan League tal-Versity Tal-Qroqq. Din ir-rebha waslet wara prestazzjonijiet kultant xejn sbieh u anki telfiet umiljanti. Imma fl-ahhar tlett loghbiet telqu ghal kollox u gew miksuba zewg draws u din ir-rebha li qalghet lil Versity mill-ahhar post. Minn naha l-ohra ghall-Imqabba Albions dan ir-rizultat kien dizappuntanti ghax wara li wiehed jiftakar li fl-ewwel round ghelbu lil Versity (anki jekk Versity kien haqqhom aktar minn dik il-loghba) huma issa qieghdin jokkupaw l-ahhar post.  Ir-rebha ta’ 1-0 ghal Versity hija premju ghall-insistenza taghhom u li qatt ma jaqtghu qalbhom.

 

Daniel Camilleri kellu diversi players neqsin, fosthom l-iktar importanti Cutajar, Ferrante, Bugeja, u Baldacchino. Kellna r-ritorn ta’ Williams, top scorer tal-Versity dan l-istagun. Is-sistema ta’ libero uzata f’dawn l-ahhar loghbiet milghuba minn Bonanno u Calleja midfielder quddiem id-difiza halliet il-frott mixtieq. F’dawn l-ahhar loghbiet, Camilleri derriena bis-sorprizi u din il-loghba ma kenitx inqas b’Sammut jigi skjerat fl-attakk mghejjun minn Williams. Il-loghba bdiet biz-zewg nahat jippruvaw isibu l-goal kmieni pero d-difizi ikkontrollaw tajjeb lill-attakkanti avversarji. Kemm Mqabba u kemm il-Versity kellhom fejn imorru fil-vantagg. Minn azzjoni tajba centrali, Williams irnexxielu isib l-ispazju biex jidhol bejn id-difiza tal-Imqabba u minn mal-art xuttja kif seta’ bil-ballun diehel fix-xibka. Izda clearance minn fuq il-linja rnexxielha ssalva r-rizultat ghall-Imqabba. Ftit minuti wara, free-kick minn 25 metru boghod jahbat mal-lasta l-mimduda, bil-goalkeeper Agius tal-Versity jidher jimmarka hazin il-ballun. Ghalkemm f'posizzjoni insolita, Sammut prova li seta’ u f’okkazjoni minnhom kien biss id-difensur ta’ Mqabba li mblukkalu xutt indirizzat lejn il-lasta. L-ewwel taqsima ghalqet fi draw ta’ mighajr goals imam Versity urew l-ahjar idejat u pussess ta ballun.

 

Fit-tieni taqsima l-andament tal-loghba baqa l-istess biz-zewg timijiet joqtlu kalcistikament lil xulxin imma Versity dejjem aktar incizivi fil-kostruzzjoni ta l-azzjoni biex jippruvaw jsibu il-gowl. L-azzjonijiet ma naqsux miz-zewg nahat b’diversi crosses u blalen twal li hallew ir-rizultat invarjat. Il-coach tal-Versity ipprova jaghmel bidla tattika billi qaleb lil Mifsud ma’ Sammut fl-attakk, izda kollox rega’ gie kif kien wara ftit hin meta Mifsud talab li jinbidel u floku dahal Ellul Soler. Meta kollox deher li l-attakki taz-zewg nahat m’humiex se jgibu l-goal tar-rebha, fl-ahhar hames minuti waslet l-okazzjoni li ddecidiet il-partita. Minn azzjoni mibdija mill-lemin, il-ballun spicca ghand Sammut f’nofs il-kaxxa li ezatt kif kien se jixxutja gie mwaqqa’ mid-difensur ta’ Mqabba. Ir-referee Lorry Sammut minghajr l-ebda ezitazzjoni saffar u ndika l-penalty spot. Fuq il-ballun mar Williams li b’kalma liema bhalha tefa’ fix-xibka ghall-vantagg misthoqq tal-Versity. Hawnhekk Sammut, daqsxejn imwegga’, nbidel ma’ Bonnici u fl-ahhar mumenti bdiet diehla biza li din ir-rebha ma tigix, imma Versity komplew jiddefendu ir-rizultat sabiex waslet it-tisfira finali tar-referee u b’hekk ir-rebha tal-Versity ta’ 1-0.

 

Ir-rebha li tant kienu ilhom jistennew, fl-ahhar waslet u l-Versity inqalghu mill-ahhar post tal-klassfika, qabzu proprju lil Mqabba Albions u lahqu lil Mtarfa FC, li pero’ ghandhom loghba inqas. Wara seba telfiet konsekuttivi, issa Tal-Qroqq ghadhom bla telfa ghal dawn l-ahhar 3 loghbiet. Bil-players aktar koncentrati, determinati, u bi ftit aktar konkretezza quddiem il-lasta Versity ikunu jistghu jibqghu mexjin fuq din it-triq rebbieha ghal bqija tal-kampjonat.

 

Voti:

 

Agius: 7 – Jaghti kunfidenza lid-difiza

Salerno: 7 – Irnexxielu jrazzan l-attakki avversarji

Grima: 7 - Lura fid-difiza b’mod tajjeb hafna

Bonanno: 7 – Kontribut importanti bhala libero

Calleja: 7 – Mwaqqaf minn hafna fouls

Buttigieg: 7 – Dejjem habrieki

R. Zammit: 7 – Mela tajjeb nofs il-ground

C. Zammit: 7 – Pedina tajba fin-nofs

Sammut: 7 – Determinanti fl-azzjoni tal-penalty

Williams: 7 – It-top scorer jerga jikkonferma kemm hu mportanti

Mifsud: 7 – Il-gierjiet fuq ix-xellug kienu prezzjuzi

 

Sostituti:

Ellul Soler: 7 – Mela l-vojt ta’ Mifsud fuq ix-xellug

Bonnici: 7 – Dejjem pront biex jaghti s-servizzi tieghu.

 

Player of the match:

Daniel Camilleri: Ghal din il-loghba jiehu l-mertu l-coach li dejjem baqa’ jinsisti fuq il-potenzjal tat-tim u jaghti l-fiducja mehtiega bix il-Versity jakkwistaw l-ewwel rebha.

 

Il-voti li nghataw ghal din il-loghba huma kollha l-istess biex nikkonfermaw li kien it-tim shih li ggieled ghal din ir-rebha u kulhadd ta dak kollu li jaf ghal l-ghan ahhari.