VERSITY TAL-QROQQ AFC

Tintemm il-mixja posittiva tal-Versity

Home | Gallery | Fixtures | History | Squad | Archives | Guestbook

Wara erba loghbiet minghajr telfa, inkluza l-partita ta’ hbiberija kontra Saint Antony, il-Versity sofrew telfa ta’ 4-1 kontra Sliema Rangers. Kuntrarju ghal dawn l-ahhar loghbiet, ergajna rajna zbalji ta’ nuqqas ta’ koncentrazzjoni u determinazzjoni mill-players ta’ Tal-Qroqq li waslu ghal telfa kbira b’rizultat li forsi kien daqsxejn kiefer. Sliema Rangers approfittaw minn teknika superjuri u minn kull zball tal-avversarji biex b’hekk kisbu t-tieni rebha fil-kampjonat kontra l-Versity.

 

Il-Versity immedjatament urew l-intenzjonijiet taghhom u bdew b’pussess ta’ ballun tajjeb li beda jhalli lir-Rangers attenti li ma jinqabdux u jsofru goal kmieni. L-isforzi tal-Versity taw il-frott taghhom u marru fil-vantagg meta minn azzjoni fuq il-lemin, il-ballun jispicca ghand Williams li ma damx jahsibha u fajjar xutt li spicca fil-kantuniera. Ftit wara Versity setghu irdupjaw meta Calleja ra xutt sabif minn barra ihakkek mal-wieqfa u jmur barra. Izda dan il-mument tajjeb kien imxejjen ghax wara biss hames minuti Sliema gabu d-draw. Corner minn fuq ix-xellug u daqqa ta’ ras stupenda mill-attakkant tar-Rangers titfa l-ballun fix-xibka, bil-goalkeeper Agius xi ftit incert fil-harga tieghu. Il-Versity qishom hadu daqqa ta’ harta minn dan il-goal daqshekk kmieni u ftit hin wara sfaw goal minn taht b’autogoal klassiku. Ballun gholi f’nofs il-kaxxa, ra lid-difensur Baldacchino jaghti lura bir-ras lil Agius, li sfortunatament kien ezatt warajh u kellu jhares lejn il-ballun diehel bil-mod fix-xibka ghal vantagg ta’ 2-1 ghas-Sliema. L-ewwel taqsima kompliet bis-Sliema li kellhom pussess tajjeb tal-ballun, bil-Versity jipprovaw tattikament ixejnu l-avversarji taghhom biex forsi jingieb ir-rizultat ta’ parita’.

 

Fit-tieni taqsima, il-loghob kien maqsum bis-Slimizi ikunu ahjar u aktar konkreti fil-konkluzjonijiet taghhom – nuqqas evidenti mill-Versity. Minn naha tal-Versity ghalkemm pussess tajjeb tal-ballun, ftit li xejn kienu perikoluzi u rari mpenjaw serjament lill-goalkeeper avversarju. Il-coach Camilleri pprova jaghmel sostituzzjoni kmieni biex jaghti aktar spinta max-xellug billi biddel lil Sammut (li kellu loghba kwieta) ma’ Mifsud u lil Buttigieg ma’ Charles Zammit. Imma dan kien kollu ghalxejn, ghax Sliema komplew ikabbru l-vantagg b’zewg goals ohra. L-ewwel minn azzjoni konfuza fil-kaxxa tal-Versity, il-ballun jispicca ghand l-attakkant ta’ Sliema li ghamilhom 3-1 u mbaghad wasal l-isbah goal tal-gurnata, bl-iktar attakkant ta’ talent tar-Rangers minn wieqaf jillobja l-ballun min fuq Agius li xejn ma’ setgha jaghmel hlief jara l-ballun diehel ghall-skor ta’ 4-1. Ghalkemm ta min jghd li Versity ppressaw biex isibu gowl iehor dawn ma irnexxilhomx fattur minnhom ikun in-nuqqas ta sveltezza quddiem il-kazza avversarja

 

Il-Versity Tal-Qroqq iltaqghu m’opposizzjoni denja li tilghab fic-Championship Pool u dan deher sew f’waqtiet tal-partita. Il-prestazzjoni taghhom illum ma kinetx kif mixtieqa forsi anki ghal xi dispozzijonijiet tattici li ma hallewx il-frott mixtieq u ma kellhomx jintuzaw kontra avversarji ta dan it-tip. Li jmiss issa huwa li ghall-ahhar partiti tal-istagun, jaghtu dak kollu possibli biex jaghlqu l-ewwel stagun taghhom fis-Swan League b’rizultati ahjar.

 

Voti:

 

Agius: 5.5 – Incert fil-hargiet tieghu. Mhux soltu

Baldacchino: 5.5 – Naqqas mill-ahhar loghbiet

D. Grima: 6 – Loghba tajba

Bonanno: 6 – L-ahjar wiehed fid-difiza

Cutajar: 6 – tajjeb fl-impustar tal-loghob imma kopertura daghjfa

Bugeja: 6 – Validu hafna f’nofs il-ground

Buttigieg: 6 – Kumbattiv bhal dejjem

R. Zammit: 5.5 – Ma kienx bizzejjed effettiv

Calleja: 5.5 – Fin-nofs irendi ahjar

Williams: 6 – Dejjem prezenti ghall-appuntament mal-goal

Sammut: 5.5 – Loghba kwieta.

Sostituti:

 

Mifsud: 6 – Tal-inqas prova ghall-goal

C. Zammit: 5.5 – Ma gabx il-kambjament mixtieq

 

Player tal-loghba:

 

Williams: Ghal darb’ohra dejjem ikun il-player li bit-teknika u l-goals jipprova johrog lil Versity mill-inkwiet. Ta’ min jinnota li rari tisimghu fil-ground, pero l-prestazzonijiet tieghu dejjem ikunu ta’ livell.