VERSITY TAL-QROQQ AFC

Telfa mhux misthoqqa ghal Versity

Home | Gallery | Fixtures | History | Squad | Archives | Guestbook

Li hu zgur f’din il-loghba, hija li l-Versity ma haqqhomx johorgu telliefa. It-telfa ta’ 2-1 ma’ Mtarfa ma tirreflettix il-prestazzjoni li ghamlu l-Versity, certament mhux dik tat-tieni taqsima. Ghalkemm sabu ruhhom zewg goals minn taht fi tmiem l-ewwel taqsima, Tal-Qroqq intefghu fuq l-attakk u assedjaw il-lasti ta’ Mtarfa, pero kull ma skurjaw kien biss goal wiehed u fallew tal-inqas tlieta jew erbgha ohra. Mtarfa sfruttaw tajjeb ferm l-okkazjonijiet tal-ewwel taqsima u fit-tieni taqsima iddefendew kemm setghu ir-rizultat, biex b’hekk issa qabzu lilll-istess Versity fil-klassifika.

 

Tattikament il-coach Daniel Camilleri rega laghab lil Ivan Calleja f’nofs il-ground u dahhal lil Mifsud fic-centru tal-attakk mghejjun minn Williams. Fid-difiza, Bonanno solidu bhala libero, waqt li Salerno u Grima jimmarkaw. Neqsin minn din il-loghba kellna fost l-ohrajn lil Cutajar, Bugeja, Baldacchino u Ferrante. Determinati li jpattu ghat-telfa umiljanti ta’ 5-1 fl-ewwel round tal-kampjonat, il-Versity intefghu fuq l-attakk biex ifittxu l-goal kmieni. Ghalkemm ghamlu dan, ma tantx kienu perikoluzi ghajt ghal azzjoni mibdija minn outball fuq ix-xellug, Sammut jiehu l-ballun, jaqbez player u jixxutja, bil-goalkeeper avversarju jilqa tajjeb u jdawwar f’corner. Bin-nofs maghluq tajjeb, il-Versity ma setghux jaghmlu iktar kontra x-xejra tal-loghob isofru l-ewwel goal tal-partita. Minn kontrattakk fuq ix-xellug, id-difiza tal-Versity intefghet kollha biex taghlaq fuq ix-xellug u b’hekk hallew lill-attakkant ta’ Mtarfa zmarkat wahdu fuq il-lemin li minghajr diffikulta xehet fix-xibka ghal skor ta’ 1-0. Dan il-goal fixkel lil players tal-Versity, li ftit hin qalghu t-tieni goal meta minn ballun milghub fuq il-lemin l-attakkant ta’ Mtarfa fejn thalla jidhol facli fil-kaxxa min Salerno u fajjar xutt li minnu l-goaler Agius ma seta’ jaghmel xejn hlief li jigbor l-ballun minn gox-xibka ghat-tieni darba. Il-Versity baqghu storduti minn dan l-isvantagg  hlief ghal-okkazjoni personali ta’ Buttigieg li wara li qabez numru ta plejers ta’ l-Imtarfa fajjar xutt li habat mal-mimduda  u nizel fuq il-linja. Versity riedu jaraw x’se jaghmul biex jirkupraw l-isvantagg fit-tieni taqsima.

 

Il-Versity hargu mibdula fil-ground u issa kellhom id-determinazzjoni u l-kuragg mehtieg biex ma johorgux b’idejhom vojta minn dan il-konfront. Tal-Qroqq bdew jattakkaw b’iktar insistenza u kellna diversi azzjonijiet li minnhom setghu naqsu l-vantagg u hekk gara. Corner fuq il-lemin u puntwali jkun hemm Williams li b’daqqa ta’ ras mill-isbah tefa’ fix-xibka. Minn hawn ‘il quddiem il-partita ntlaghbet ghal hafna mill-hin fin-nofs il-ground ta’ Mtarfa. Ta’ min jghid li l-Versity fallew diversi okkazjonijiet, bejn ghal bravura tal-goalkeeper avversarju (saves spettakolari fuq Mifsud u Grima) u ghan-nuqqas ta’ finishing mill-players tal-Versity. L-iktar okkazzjoni cara taqa’ f’saqajn Zammit li wara li qabez id difensur, minn zewg metri quddiem il-goaler xuttja f-idejn il-goaler. Wara kien imiss lil Williams li thalla liberu barra l-kaxxa, izda flok ma dahal fil-kaxxa xuttja kmieni wisq u tefa’ barra. Ftit hin qabel it-tisfira finali kellna cans tajjeb ta’  Mifsud izda ma kienx opportunist bizzejjed u falla c-cans. L-isforzi tal-Versity baqghu ghaddejjin sat-tisfira finali tar-referee li gab il-ferh fost il-players ta’ Mtarfa u dizappunt evidenti f’wicc il-players tal-Versity li zgur ma haqqhomx johorgu bla punti minn din il-loghba.

 

Ghal Versity il-partita ntilfet minhabba n-nuqqas ta’ finishing fl-attakk. Izda, hawnhekk ta’ min ifahhar il-kollettiv tal-Versity li ma qatghux qalbhom u li meta raw l-affarijiet muhx gejjin favurihom baqghu jinsistu biex ifittxu l-goal tad-draw. Dan l-istagun issa ma tantx fadallu x’joffri ghal Versity meta ghat-tmiem tal-kampjonat baqa biss loghba wahda li tista tizgurhom li ma jispiccawx fl-ahhar post fid-debutt taghhom fis-Swan League.

 

Voti:

 

Agius: 6 – Qeda dmiru tajjeb bejn il-lasti.

Salerno: 6 – Immarka tajjeb lill-attakkanti avversarji.

Grima: 6.5 – Save tal-goaler iccahdu minn goal brillanti bir-ras.

Bonanno: 6.5 – Hasra li ma l-injury zammietu barra ghal zmien twil

Buttigieg: 6.5 – Spirtu kumbattiv

R. Zammit: 6 – Effettiv fin-nofs

C. Zammit: 6 – Titjib fil-prestazzjoni tieghu

Calleja: 6.5 – Kmand assolut fin-nofs

Mifsud: 6 – L-awqa performance tal-istagun, izda minghajr l-opportunizmu tal-istagun li ghadda.

Williams: 7 – E segna sempre lui!!

Sammut: 6 – Seta’ kien iktar effettiv

 

Player tal-loghba:

 

Williams: Li kieku ma jkunx hu, il-Versity ma jiskurjawx ballun. B’sitt goals minn disa’ totali ghat-tim, jikkonferma l-importanza tieghu ghal Versity.