VERSITY TAL-QROQQ AFC

Versity Jaghlqu l-Kampjonat b'Rebha

Home | Gallery | Fixtures | History | Squad | Archives | Guestbook

Wara stagun mimli b’rizultati negattivi, il-Versity ghalqu l-kampjonat bit-tieni rebha tal-istagun. Din ir-rebha turi l-avvanz qawwi li ghamlu Tal-Qroqq fit-tieni parti tal-kampjonat, fejn fil-Famalco Cup irnexxilhom jirbhu zewg loghbiet li qalghuhom mill-ahhar post. Ghall-Paola Peacocks din it-telfa fissret li issa huma m’ghadhomx matematikament cans biex jirbhu l-Famalco Cup li b’hekk intrebhet minn Sliema Rangers.

 

Il-coach Camilleri baqa jzomm mal-formazzjoni tattika li tat il-frott fl-ahhar loghbiet, b’punta unika Mifsud mghejjun minn Williams. Fl-assenza ta’ Bonanno, Cutajar mela postu bhala libero, Charles Zammit ha post Sammut fuq ix-xellug u Bonnici jibda titolari wara diversi partiti. Versity hargu bil-konvinzjoni li jpattu ghat-telfa mhux misthoqqa li kellhom kontra l-Peacocks fl-ewwel fazi tal-kampjonat. Dan ghamluh b’attakki kontinwi lejn il-lasta avversarja pero b’nuqqas fil-konkluzjonijiet taghhom u xi ftit sfortuna b’mod partikolari fl-okkazjoni fejn Williams laqat il-lasta l-wieqfa bil-goaler meghlub. Fost okkazzjonijiet ohra kien azzjoni fejn Mifsud lahaq il-ballun bil-ponta ta’ saqajh imbaghad tefa ftit barra. Paola irrispondew b’xi azzjonijiet izolati imma d-difiza ta Versity razznet dawn l-attakki avversarji. Madankollu, il-Versity ma rnexxielhomx jifthu l-iskor biex b’hekk l-ewwel taqsima ghalqet f’parita’ ta’ 0-0.

 

Fit-tieni taqsima l-andament tal-loghba ma nbidilx bil-Versity ikomplu jinsistu biex jifthu l-iskor. Izda kif spiss rajna jigri dan l-istagun, kontra x-xejra tal-loghob, Paola marru fil-vantagg. Minn azzjoni konfuza fil-kaxxa tal-Versity, il-ballun baqa ma giex mtajjar mid-difensuri, u l-attakkant tal-Peacocks pront pront tefa’ fix-xibka minn ftit passi boghod. Ir-reazzjoni tal-Versity kienet immedjata u fil-pront gabu l-goal tad-draw minn penalty meta Robert Zammit gie mwaqqa’ fil-kaxxa. Bil-kalma kollha mar Williams ta l-penalty u skurja ghas-sebgha goal tal-kampjonat. Minn hawn beda assedju fuq il-lasta avversarja minn naha tal-Versity imzewwaq minn loghob sabih fejn azzjoni wahda wara l-ohra zammet lil Paola fin-nofs tal-ground taghhom. Ta’ min jinnota n-nuqqas fil-konkluzzjonijiet minn naha tal-attakkanti tal-Versity, b’okkazzjonijiet mitlufa wahda wara l-ohra. Ta’ dan setghu pattew qares izda llum il-Peacocks ma kienux ta’ theddida. U b’hekk il-Versity komplew jippressaw sakemm skurjaw darbtejn ohra. L-ewwel minn azzjoni korali sabiha li spiccat b’Robert Zammit jiskurja l-ewwel goal tieghu tal-istagun ghal vantagg ta’ 2-1. Il-goal li accerta r-rebha kien l-isbah wiehed tal-gurnata b’xutt mill-isbah minn barra l-kaxxa ta’ Calleja li wkoll skurja l-ewwel goal f’dan il-kampjonat. Finalment, il-loghba ntemmet b’rebha ghal Versity bl-iskor ta’ 3-1.

 

ll-kampjonat tal-Versity Tal-Qroqq spicca fuq nota sabiha hafna bit-tieni rebha tal-istagun. Din it-tieni fazi kienet posittiva ferm fejn waslu r-rebhiet wara li l-ewwel fazi kienet fjakka ferm f’dak li ghandu x’jaqsam punti. Il-loghob ukoll tjieb u kompla fejn halla fl-ewwel fazi meta waslu l-punti. Minn dan l-istagun, il-Versity gabru hafna esperjenza li ghandha tiswa mitqlu ghall-istagun li gej. Prosit Versity!

 

 

Voti:

 

Agius: 6 – Ftit li xejn impenjat.

Salerno: 6 – Batta ftit fit-tieni taqsima meta l-Versity riedu jattakkaw.

Grima: 6.5 – Difensur ta’ kalibru.

Cutajar: 7 – Prestazzjoni eccellenti

Buttigieg: 7 – Tajjeb mal-linja

R. Zammit: 7.5 – L-aqwa loghba tal-kampjonat

Bonnici: 6 – Ritorn mal-ewwel hdax felici

C. Zammit: 6.5 – Konsistenti

Calleja: 7 – Il-goal premju ghal stagun brillanti

Mifsud: 6 – Tjieb mal-loghoba imma zbalja quddiem il-lasta.

Williams: 6 – Seta kien ahjar fil-konkluzjonijiet

 

Sostituti:

Sammut: 6 – Dahal tajjeb fil-loghba

Schembri: 6 – Sostitut denju

 

Player tal-loghba:

 

Robert Zammit: Il-goal kien biss ic-cirasa fuq il-kejk ta’ loghba fejn fiha skurja, gab il-penalty, qassam bi precizzjoni u ghen lil shabu jiksbu rebha meritata.