Il-lotterija tal-penalties kienet fatali ghal Versity f’dan ir-round
preliminari tan-Knock-Out. F’partita li spiccat f’parita’ ta’ 1-1, l-ghoti tal-penalties temmew l-ewwel
stagun tal-Versity Tal-Qroqq fis-Swan League. Minn naha taghhom, Sliema
Rangers komplew javvanzaw u jibqghu jisperaw biex izidu titlu iehor mal-Famalco Cup li rebhu ftit tal-gimghat ilu.
Ghal din il-loghba, il-coach Camilleri nizel bi pjan, dak li jrazzan
il-qawwa tal-ahjar player tar-Rangers, li tista tghid huwa l-mohh tas-sky blues. Bonnici kellu dan il-kompitu u l-istruzzjonijiet
tieghu kienu cari, jigifieri li ma jhallihx jahseb u jiccaqlaq. Il-Versity kellhom jilghabu bin-nuqqas ta’ Mifsud fl-attakk
u ta’ Cutajar fin-nofs, b’Williams u Calleja jehdolhum posthom. Il-loghba kellha ritmu pjuttost mghaggel biz-zewg
timijiet jippruvaw jifthu l-iskor. Pero grazzi ghad-difizi attenti taz-zewg nahat dan ma sehhx. Bonanno, Grima, u Salerno kienu tajbin ferm fil-markar strett taghhom, waqt li s-Slimizi
hadu kull ballun fil-gholi li resaq lejhom. L-ewwel goal tal-partita skurjawh il-Versity. Harba tajba mal-linja minn nofs il-ground ta’ Sammut, il-ballun jispicca ghand Robert
Zammit li qassam fil-baxx ghan-nofs il-kaxxa u Williams facilment jitfa’ fix-xibka ghall-vantagg tal-Versity. Sliema
Rangers ma qaghdux ghal dan u grazzi ghal teknika ahjar tal-players taghhom tefghu lil Versity jiddefendu, pero dan kien ghalxejn
ghax il-Versity ghamlu sforzi kbar fuq wara bil-flanks jirtiraw lura biex jghinu lil shabhom. U hekk l-ewwel taqsima ghalqet
bil-Versity fil-vantagg 1-0.
It-tieni taqsima fethet fuq l-istess ritmu tal-ewwel wahda bis-Sliema
jipruvaw isalvaw il-partita. Sensiela shiha t’attakki lejn il-lasti avversarji ma holqietx xi perikli kbar bil-goalkeeper
Agius dejjem cert fil-hrug tieghu. Dan kien ukoll grazzi ghal Bonnici li qeda dmiru perfett u qatel kompletament mill-loghba
lill-ahjar player avversarju. Il-Versity ippruvaw jaghlqu l-loghba bil-kontrattakki veloci taghhom izda ma’ kwarta loghob,
Sliema gabu d-draw. Freekick minn mal-linja rat il-ballun jghaddi minn fuq ras id-difensuri u jispicca ghand il-player li kien jinsab wahdu fuq it-tieni lasta
u minghajr diffikulta gab id-draw. Il-Versity inhasdu minn
dan il-goal u ghal ftit ma sofrewx goal iehor. Imma l-aqwa okkazjoni tal-loghba marret ghand Bugeja li minn cross fuq il-lemin, wahdu fil-kaxxa z-zghira inkredibilment tefa’ barra bir-ras.
Iktar ma beda jghaddi l-hin il-partita dehret riesqa lejn il-penalties u Camilleri hasiblu billi biddel lil Sammut ma’
Charles Zammit u lil Bonnici ma’ Schembri. Wara ftit hin il-partita intemmet fi draw ta’ 1-1. Hawnhekk ghaddejna
ghall-lotterija tal-penalties fejn bdew is-Sliema li ma fallewx wiehed, b’Calleja u Buttigieg ma jfallux ghal Versity.
It-tielet penalty kellu jkun dak decisiv, penalty li gie fallut minn
Bugeja. Williams skurja ir-raba wiehed, bil-player Slimiz ma jfallix l-ahhar wiehed, dak li tat il-kwalifikazzjoni lil Sliema
Rangers.
B’din l-eliminazzjoni ntemm l-istagun tal-Versity Tal-Qroqq.
Dan l-istagun kien wiehed difficli hafna ghat-tim li ghadda minn
perjodi koroh hafna b’sebgha telfiet konsekuttivi u perjodi sbieh li ra t-tim jtejjeb hafna l-prestazzjonijiet tieghu
fit-tieni fazi fejn waslu l-ewwel rebhiet. Il-kumitat u l-players m’ghandhomx jaqtghu qalbhom u jkomplu jirsistu biex
l-istagun li gej ikun ahjar u jiftakru fuq kollox li apparti l-kompetizzjoni, dan it-tim jservi biex tkompli tikber il-hbiberija
li tirrenja fost il-players u l-kumitat.
Voti:
Agius: 6.5 – Tajjeb fil-hargiet.
Salerno: 7– B’sahhtu fid-difiza
Grima: 7 – Lura ghall-isbah zminijiet
Bonanno: 7.5 – Surmast fil-qalba tad-difiza
Buttigieg: 6.5 – Ghen tajjeb hafna lil shabu fuq wara
R. Zammit: 6.5 – Konsistenti
Bonnici: 7.5 - Eccezjonali
Sammut: 6.5 – Mill-harba tieghu wasal il-vantagg
Calleja: 6.5 - Kumbattiv
Williams:6.5 – Min jista jiskurja jekk mhux hu!
Bugeja: 6 – Okkazjonijiet li setghu taw ir-rebha waslu ghandu
Sostituti:
C. Zammit: 6 – Ftit hin biex juri iktar
Schembri: s.v. – ftit hin wisq biex niggudikaw
Player tal-loghba:
Kenneth Bonnici: Il-coach qallu haga wahda rrid minghandek “thallihx
jilghab” u hadu fil-kelma ghax irnexxielu jelimina kompletament mill-loghba l-ikbar potenzjal tas-Sliema