Fil-25 ta’ Mejju iltaqa il-kumitat tal-Versity biex jiddiskuti ghall-laqgha
generali hekk kif gie fi tmiemu l-istagun. Gew diskussi varji affarijiet kemm fuq nota kalcistika, amministrattiva kif
ukoll dik finanzjarja f’dan id-dettall:
· Gew approvati kemm d-dhul u l-ispejjez
tas-sena kurrenti kif ukoll l-estimi ghas-sena li gejja. Ta’ min jinnota li din is-sena, id-dhul ghat-tim kien anqas
mis-snin ta’ qabel principalment minhabba nuqqas ta’ sponsors. Hawnhekk gie rringrazzjat
Kasco li kien l-unika sponsor ghal dan l-istagun li ghadu kif ghadda. Il-kumitat diga beda jahdem ghal sponsors
ohra ghall-istagun li jmiss.
·
Il-kumitat
approva attivita biex fija ssir Dinner & Awards Night ghall-membri tal-iskwadra. Din se ssir il-Veduta fl-10 ta
Gunju u tibda 20.30hrs. F’din l-okkazjoni ser jinghataw tlett trophies lil- Ahjar Player, Top Scorer u Performer award.
Dawn it-trophies qed jigu sponsorjati minn Sports Experience ta’ Pitkali Road,
Attard
·
Giet diskussa
wkoll l-idea ta’ BBQ party ghal dan is-sajf, bhal ma diga kien organizzat sentejn ilu u kien success. Dettalji jinghataw
iktar tard.
· Fuq l-iskwadra gew identifikati l-affarijiet fejn hemm bzonn li jsir
irrangar biex l-iskwadra tkun aktar kompetittiva biex il-prestazzjonijiet milhuqa
fl-ahhar ta l-istagun jkunu in-norma u mhux l-eccezzjoni ghax l-ghan tal-kumitat huwa li s-sena d-diehla tintrebah il-Famalco
Cup. Hawnhekk inheggu lill-players taghna biex jekk ikunu jafu xi players ohra li huma mhajjra
jinghaqdu mat-tim taghna, ikellmuhom u jinfurmaw lil Daniel Camilleri.
Il-kumitat aggorna ghall-laqgha ohra fejn fija jigu diskussi l-progress rigward il-punti
proposti matul din il-laqgha.