VERSITY TAL-QROQQ AFC

L-ewwel Harga tal-istagun ghal Versity

Home | Gallery | Fixtures | History | Squad | Archives | Guestbook

Friendly, 25 August 2009
 
Versity Tal-Qroqq          0
Marsaxlokk                     2
 
                                                                                                      

Il-Versity laghbu l-ewwel partita tal-istagun bhala preparazzjoni ghall-kampjonat li se jibda fid-19 ta' Settembru. Wara xahar ta' tahrig intensiv, il-Versity iltaqghu f'partita ta' hbiberija kontra Marsaxlokk, tim li se jiltaqghu mieghu fil-kampjonat. Marsaxlokk huwa tim gdid ghal din il-kompetizzjoni, pero mimli bi players li fil-passat taghhom hemm it-tim ta' Marsaxlokk tal-Premier Division.  
 
Ghal din il-partita, Daniel Camilleri, ghal darb'ohra fit-tmun tat-tim kellu ghad-disposizzjoni tieghu hafna ucuh godda li se jkunu qed jifformaw parti mill-iskwadra ghall-istagun li gej. Dawn huma, il-goaler Clint, Antonio Camilleri u Roderick f'nofs il-ground, u l-attakkant Taljan Leo. Mis-sena l-ohra kien hemm ukoll diversi players neqsin li jirritornaw fil-partiti li gejjin - l-ahwa Zammit (minhabba l-mewt ta' missierhom u ta' dan inzammet minuta silenzju qabel il-partita), Bugeja, Agius, Williams, u Mifsud fost ohrajn. L-ghan ta' din il-partita fuq kollox kien li Camilleri jara l-players godda fl-azzjoni, kif ukoll jistudja lill-avversarji.
 
Il-loghba mal-ewwel bdiet ghat-telgha ghal Versity meta wara biss ftit minuti, goal mill-isbah mill-genb tal-kaxxa kbira tefa' fil-vantagg lix-Xlukkajri. Tal-Qroqq baqghu mahsudin u wara passagg zbaljat lura minn nofs il-ground, l-attakkant Xlukkajr ma damx jahsibha u tefa' fix-xibka ghal vantagg doppju ta' Marsaxlokk.
 
Pero' minn hawn, il-Versity ma harsux lura u bejn ghal tibdil ta' players kontinwu minn naha ta' Marsaxlokk u bejn ghax il-players il-godda tal-Versity adattaw iktar ma' shabhom tat-tim, Tal-Qroqq kienu hafna iktar perikoluzi fl-attakk. Leo prova kemm felah jiftah l-iskor u rnexxielu pero' l-goal gie mhassar ghall-offside, Sammut xuttja dghajjef minn azzjoni fuq il-lemin, lasta ta' Antonio u azzjonijiet ohra fl-attakk urew li l-goals kmieni fil-partita kienu biss episodji li minnhom facilment jistghu jirrangaw ghall-kumplament tal-istagun. Skor finali kien Marsaxlokk 2 Versity Tal-Qroqq 0. 
 
Il-partita ta' hbiberija li jmiss hija kontra tim gdid iehor, Gharghur Bushwackers, nhar il-Hamis 3 ta' Settembru fis-7:30pm, Tarxien.
 
Tim:
 
Clint 6, Bonanno 6.5, Baldacchino 6, Borg 6, Roderick 6, Cutajar 6 (Grima 6), Bonnici 6, Roberto 6, Leo 6.5, Camilleri 6.5, Sammut 6

Enter supporting content here