Thursday, 3 September
Versity Tal-Qroqq
2
Gharghur Bushwackers 3
Din kienet l-ewwel partita ta' hbiberija minn sensiela ta' tlieta fi spazju t'ghaxar t'ijiem li l-Versity kellhom fl-iskeda
taghhom bhala parti mill-preparazzjoni ghall-bidu tal-kampjonat. Ghal darb'ohra, l-avversarji, Gharghur Bushwackers, se jergghu
jkunu bhala avversarji wkoll fil-kampjonat, kif ukoll debuttanti.
Il-coach Camilleri biddel hafna mit-tim li laghab kontra Marsaxlokk fejn kien hemm ir-ritorn tal-goaler Agius, id-debutt
ta' Gauci, in-nuqqas ta' Fiorentini li jinsab imsiefer, Cutajar, u Bugeja fost ohrajn. Il-Versity mal-ewwel marru minn taht,
pero doppjetta ta' Charles Zammit fl-ewwel taqsima, wera li l-Versity kienu kmandi tal-pussess tal-ballun. Pero fit-tieni
taqsima, l-folja inqalbet kompletament u l-Versity bilkemm resqu lejn il-lasti avversarji. Dan minhabba l-fatt li nbiddlu
diversi players fil-mistrieh u fixkel mhux ftit il-loghob tal-Versity. Ta' dan pattew qares ghaliex Gharghur skurjaw darbtejn
u qalbu r-rizultat tal-ewwel taqsima ghal skor finali ta' 3-2 favurihom.
F'din il-partita, il-coach Camilleri prova hafna players f'posizzjonijiet differenti biex b'hekk ikun jista' jevalwa
kull player u l-potenzjal tieghu. Li hu zgur hu, li minn din il-partita, Tal-Qroqq iridu jitjiebu fid-dixxiplinament tattiku.
Tim: Agius, Gauci, Grima, Sammut, Bonnici, Vella, Scerri, Williams, Mifsud, Camilleri, C. Zammit
Sostituti: Salerno, R. Zammit, P. Zammit, J. Bugeja, Schembri
Skurja: C. Zammit 2
Saturday, 5 September
Versity Tal-Qroqq 1
Tarxien AFC 0
Min ma rax il-partita ta' jumejn qabel ma kienx jghid li dan kien l-istess tim. Izda f'din il-partita l-Versity dehru
tim kompletament mibdul, bejn ghar-ritorn ta' players importanti fit-tim u kif ukoll minhabba li dahlet izjed dixxiplina kemm
qabel il-loghba u specjalment waqt il-loghba.
Ghal din il-loghba, Cutajar u Bugeja kienu ghad-disposizzjoni ta' Camilleri u dan ta' iktar kwalita f'nofs il-ground
u fid-difiza. B'Williams jiehu r-rwol tal-mohh tat-tim, Tal-Qroqq kienu iktar bilancjati u xhieda ta' dan kien il-fatt
l-azzjonijiet fl-attakk ripetuti li ghalkemm ma sarfux f'goal pero wrew il-potenzjal li jipposjedi t-tim. Fl-ahhar il-goal
wasal minn azzjoni ta' corner u mill-loose ball, Cutajar tefa' fix-xibka ghar-rebha ta' 1-0.
Meta tqis li Tarxien huma tim tal-ewwel divizjoni, dan ghandu jkun t'awgurju tajjeb ghal Versity ghal kumplaent tal-istagun.
Tim: Grima, Buttigieg, Sammut, Bonanno, Scerri, Vella, Camilleri, Williams, C. Zammit, P.
Bugeja, Mifsud
Sostituti: Salerno, R. Zammit, P. Zammit, J. Bugeja, Schembri, Cutajar
Skurja: Cutajar
Saturday, 12 September
Versity Tal-Qroqq
3
Mqabba Albions 0
Fl-ahhar partita ta' preparazzjoni ghall-kampjonat li se jibda nhar is-Sibt li gej, il-Versity iltqaghu kontra avversarji
antiki taghhom li din is-sena se jilghabu fil-kampjonat IASC, Mqabba Albions. Nistghu nghidu li-Versity hallew fejn komplew
fil-loghba ta' qabel u rebhu b'mod konvincenti bl-iskor ta' 3-0.
Antonio Camilleri kien prominenti f'din il-partita b'zewg goals li qatghu saqajn l-Imqabba. F'din il-partita rajna wkoll
hafna movimenti specjalment mal-linji li fethu l-loghob u d-difiza avversarja. Il-coach Daniel Camilleri ghamel xi tibdil
fit-tieni taqsima pero dan ma naqqas xejn mill-kwalita tal-loghob u l-Versity ssigillaw ir-rebha b'goal fl-ahhar minuta ta'
Charles Zammit.
Il-gimgha d-diehla l-Versity se jibdew il-kampjonat b'loghba kontra debuttanti ohra, Marsa Baxter. Inhoss li l-preparazzjoni
li saret ghandha tkun ta' uzu importanti ghal bqija tal-istagun. Camilleri se jkollu wgiegh ta' ras qabel kull loghba biex
jaghzel il-formazzjoni ideali ghax bid-dhul tal-players godda li huma kollha ta'kwalita se jghinu hafna li players li diga
kienu jiffurmaw parti mit-tim is-sena ta' qabel. l-ambizzjonijiet ghal din is-sena huma mportanti pero biex dawn jinkisbu
jinhtieg impenn minn kulhadd, kumitat u players. F'dawn ix-xhur tas-sajf il-kumitat hadem hafna biex jikseb sponsors ohra
biex jghinu l-finanzi tat-tim u gab players biex isahhu t-tim. Issa jmiss li l-players jaghtu l-massimu b'attendenza
regolari ghat-training u juru l-100% waqt il-loghob biex b'hekk jintlahaq l-ghan ahhari mixtieq minn kulhadd.
GOOD LUCK VERSITY!!
Tim: Baldacchino, Grima, Bonanno, Cutajar, Scerri, Vella, Camilleri, Williams, Bugeja, R. Zammit,
Mifsud
Sostituti: Sammut, Buttigieg, C. Zammit, P. Zammit, Schembri, Kerr Cumbo
Skurjaw: Camilleri 2, C. Zammit
|