VERSITY TAL-QROQQ AFC

Versity Jibdew il-Kampjonat bi Draw ta Minghajr Goals

Home | Gallery | Fixtures | History | Squad | Archives | Guestbook

VERSITY TAL-QROQQ         0

MARSA BAXTER                    0

 

Agius, Bonanno, Scerri (Baldacchino), Grima, Cutajar (C. Zammit), Vella, Camilleri, R. Zammit (Williams), Fiorentini, P. Bugeja, Mifsud

Il-Versity fethu l-Kampjonat tat-Tieni Divizjoni kontra d-debuttanti Marsa Baxter bi draw gust ta’ minghajr goals. Il-loghba kienet wahda interessanti biz-zewg timijiet jippruvaw jiksbu r-rebha li tiftah l-istagun posittivament. Ghalkemm Tal-Qroqq ma rebhux, pero’ dan kien bidu tajjeb li diga’ huwa ahjar mis-sena l-ohra fejn kienu bdew b’seba’ telfiet konsekuttivi. 

 

Ghal din il-partita, il-Versity, niezlu b’erbgha players godda mill-ewwel hdax tas-sena l-ohra, fejn iddebuttaw it-Taljan b’passat fil-kampjonat Eccellenza Taljan, Leonardo Fiorentini, Roderick Vella, Donald Scerri u r-ritorn fl-iskwadra ta’ Antonio Camilleri. Il-bqija tat-tim kien kollu kkonfermat mill-istagun li ghadda. Ta’ min jghid li l-coach kellu wgiegh ta’ ras kbira lil min se jhalli barra meta din is-sena l-iskwadra tidher imsahha tassew. Il-formazzjoni ghal hint tal-partita tal-Versity kienet 4-1-4-1 li qalbet ghal 3-4-3 lejn l-ahhar hinijiet tal-partita.

 

Fil-bidu tal-partita, Marsa hadu kmand ta’ nofs il-ground u bdew jippressaw kontinwament lid-difensuri tal-Versity. Dan kien minhabba l-fatt li l-players tal-Versity kienu ghadhom ma drawx sew lil xulxin. Ghalkemm kellhom iktar mil-loghob, Baxter ftit li xejn kienu perikoluzi u f’nofs l-ewwel taqsima, il-midfield tal-Versity beda jakkwista iktar kunfidenza u dawwar il-loghob favurih. Roderick Vella kien imponenti quddiem id-difiza u Fiorentini dejjem attent ghal kwalunkwe ballun li jaqa’ n-naha tieghu. Tal-Qroqq ghal ftit ma marrux fil-vantagg meta free-cick, Grima tefa’ barra bir-ras minn ftit passi boghod mil-lasta. L-ewwel taqsima ntemmet bl-azzjoni tal-corner l-unika azzjoni denja ta’ nota.

 

Determinati li jiksbu rebha minn din il-partita, fit-tieni taqsima, il-Versity bdew jifthu iktar mal-linji fejn Mifsud u Camilleri kellhom iktar minn cans wiehed biex jifthu l-iskor, pero dejjem sabu attenti lid-difiza ta’ Marsa. Il-coach Camilleri beda jaghmel is-sostituzzjonijiet biex idahhal players friski li jghinu fil-manuvra tat0tim tieghu. L-ewwel dahal Williams flok Robert Zammit, imbaghad Baldacchino flok Scerri u C. Zammit flok Cutajar li kien qed ibati minn injury zghira fl-ewwel taqsima. Il-Versity ghal ftit ma kienux se jirrepetu dak li kien jigri s-sena l-ohra fejn minn azzjoni konfuza fil-kaxxa, l-attakkant Marsi xuttja pero Agius b’save stupend salva l-iskor u wara ftit il-loghba intemmet 0-0.

 

Dan kien bidu nkoragganti ghal Versity li bi ftit iktar precizjoni fil-konkluzjonijiet taghhom setghu jiksbu rebha li tqawwilhom l-ambizzjonijiet tal-promozzjoni. Nota posittiva hija l-ghaqda li rrenjat fit-tim u l-inkluzjoni tad-debuttanti li taw spinta teknika l’quddiem lit-tim. Din is-sena hemm fejn il-Versity jistghu jiksbu l-ghanijiet taghhom, pero importanti huwa l-impenn mill-players kollha tul l-istagun kollu.

 

 

Voti:

 

Agius: 6.5 – Jaghti kunfidenza lid-difensuri tal-Versity

Scerri: 6 – Debutt felici

D. Grima: 6.5 – Rebah kwazi kull dwell fl-gholi.

Bonanno: 6.5 – Loghba posittiva ferm fid-difiza

Cutajar: 6.5 – Bidu mill-aqwa ghal dan l-istagun.

Vella: 7 – Tlift il-kont ta’ kemm il-ballun rebah f’nofs il-ground.

Camilleri: 6 – Ritorn importanti mal-lemin.

R. Zammit: 6 – Il-grinta tieghu kienet tinhass waqt il-loghba

Fiorenitini: 6 – Jekk jidra iktar lil shabu jkun iktar effettiv fl-attakk

Bugeja: 6 – Kopra kull posizzjoni f’nofs il-ground

Mifsud: 6.5 – Gera tajjeb hafna max-xellug.

 

Sostituti

C. Zammit: 6 – loghba regolari wara li dahal bhala sostitut

Williams: 6 – ma biddilx l-andament tal-loghba

Baldacchino: 6 – biddel tajjeb lil Scerri

 

Player tal-loghba:

Roderick Vella: Is-sahha tieghu quddiem id-difiza ghenet mhux ftit lil shabu difensuri, kif ukoll lil midfielders biex jibdew l-attakki lejn il-lasti avversarja.