VERSITY TAL-QROQQ AFC

Rimonta Qalbiena Taghti l-Ewwel Rebha lill-Versity

Home | Gallery | Fixtures | History | Squad | Archives | Guestbook

VERSITY TAL-QROQQ         2

MTARFA LIGHTNINGS         1

 

Agius, Baldacchino, Salerno (Buttigieg), Grima, Bonanno, Cutajar, Camilleri, R. Zammit, Fiorentini (C. Zammit), Williams, P. Bugeja (Scerri)

 

Scorer: Williams 2

                                                                                                         

Dik li fi tmiem l-ewwel taqsima dehret se tkun telfa mhux misthoqqa, il-Versity qalbu r-rizultat fit-tieni taqsima u hargu b’rebha li zgur kien jimmeritahom. Min-naha taghhom, Mtarfa Lightnings marru fil-vantagg fl-unika azzjoni denja ta’ nota matul partita shiha, pero kif inhu maghruf, il-football hekk hu u trid tisfrutta l-okkazjonijiet li jiguk.

 

Neqsin minn din il-loghba ghal Versity kien hemm diversi players, fosthom tnejn mill-ewwel hdax li laghbu kontra Marsa Baxter – Vella li sfortunatament wegga matul il-gimgha u se jdum assenti ghal zmien twil, u Mifsud li kien jinsab indispost. Minflokhom dahlu Williams, li spicca l-protagonist tal-loghba, u Salerno li ddebutta dan l-istagun.

 

free-kick.jpg

Il-loghba fl-ewwel taqsima kienet wahda medjokri fejn l-Imtarfin bdew jilghabu football tipiku antik bil-ballun mixhut mid-difiza ghal quddiem, b’nofs il-ground maqbuz kompletament. Il-Versity waqghu ghal-loghba tal-avversarji u bdew jilghabu bl-istess sistema ta’ loghob tal-avversarji u ma obdewx l-istruzzjonijiet tal-coach Camilleri qabel il-partita. Fil-fatt l-unika azzjoni li resqu vicin li jiskorjaw kien minn free-kick ta’ Antonio Camilleri, li gie salvat mill-goalkeeper avversarju. L-istess ghamlu Mtarfa pero’ r-rizultat kien wiehed differenti. Fl-ahhar sekondi tal-ewwel taqsima, il-Lightnings inghataw free-kick ftit barra l-kaxxa u bi precizjoni liema bhalha u bil-goalkeeper Agius jirreagixxi tard, Mtarfa sabu ruhhom fil-vantagg u ghalqu l-ewwel taqsima 1-0 minn fuq.

 

Dan il-goal fixkel xi ftit lil Versity u fit-tieni taqsima r-reazzjoni damet xi ftit ma giet. Sahansitra setghu marru tnejn minn that meta minn xutt minn 35 metru l-goalkeeper Agius harablu l-ballun minn idejh u ghal ftit ma dahalx fix-xibka. Izda minn hawn il’ quddiem il-Versity assedjaw il-lasti avversarji. Parti minn dan kien dovur ghall-fatt li l-ewwel sostituzzjoni ta’ Buttigieg minflok Salerno halliet l-effett mixtieq ghax il-Versity bdew itellghu iktar blalen.

 

Williams kien dak li seraq ix-xena b’zewg goals li ghal darb’ohra wrew kemm hu mportanti ghal Tal-Qroqq. C Zammit dahal flok Fiorentini u f’ corner li ntrebah, Camilleri ceda lill R Zammit biex itih hu qiesu kien jaf x’kien ha jigri, ghax mill-corner milghub tajjeb min Zammit, Cutajar waqqa’ l-ballun lil Williams li minghajr ma hasiebha darbtejn fajjar xutt li dahal fir-rokna ta’ fuq tax-xibka. Il-coach ghamel it-tielet sostituzzjoni fejn dahhal lill Scerri flok Bugeja, li beda jirbah hafna blalen f’nofs il- grawnd, fejn infatti wara li rebah ballun qabez tajjeb lill-avversarju, ta l-ballun lil Camilleri li waqqa’ lil williams li ghal darba ohra rega fajjar xutt li dahal fix-xibka. Hawn il-Versity baqghu jinsistu u setghu skurjaw it-tielet gol meta C Zammit gie quddiem il-goaler izda dan ta l-ahhar anticipah, u wara R Zammit gie wahdu quddiem il-goaler, izda tefa l ballun fuq il-lasta.

 

Rebha bhal din timla b’kuragg lil kull min jaghmel parti minn dan it-tim u turi li l-Versity ghandhom potenzjal biex jiksbu iktar sodisfazzjon matul dan il-kampjonat. Ir-rimonta matul din il-loghba hija biss xhieda ta’ kemm it-tim ma jaqtax qalbu anke jekk kien minn taht kontra kull mistenni.

 

 

Voti:

 

Agius: 6 – Incert f’certu mumenti

Salerno: 6 – Generuz matul il-loghba

Baldacchino: 7 – Kopra tajjeb hafna

D. Grima: 7.5 – Pilastru tad-difiza

Bonanno: 7 – Imexxi d-difiza b’kunfidenza tajba hafna

Cutajar: 7 – Mexxa l-loghob bi trankwillita eccezjonali.

Camilleri: 6.5 – Ta spinta importanti mal-linja.

R. Zammit: 7.5 – Stinka hafna u qatt ma’ qata qalbu

Fiorentini: 6.5 – Gab ammont konsiderevoli ta’ fouls

Williams: 8 – Protagonist assolut b’zewg goals

Bugeja: 6 – Kellu prestazzjonijiet ahjar

 

Sostituti

C. Zammit: 6 – dahal tajjeb u kellu okkazjoni ta’ goal

Scerri: 6.5 – beda l-azzjoni tat-tieni goal

Buttigieg: 6.5 – energija mal-linjai

 

Player tal-loghba:

Charles Williams: Il-mistura ghal meta l-Versity ikunu ma jifilhux hija hadd hliefu. Zewg goals taw rebha mportanti li taghti moral ghal bqija tal-kampjonat

Enter supporting content here