Versity Tal-Qroqq komplew fejn hallew il-loghba li ghaddiet u kisbu
t-tieni rebha konsekuttiva li tkompli tissudalhom posthom fl-ghola postijiet tal-klassifika. L-isfida ta’ Gharghur Bushwackers,
tim debuttant f’dan il-kampjonat ma kinetx xi wahda qawwija u dan jurih ir-rizultat ghalkemm seta kien ferm ikbar li
kieku ma kienx ghal-zbalji li ghamlu quddiem il-lasti l-attakkanti tal-Versity.
Il-coach Daniel Camilleri ghamel biss zewg tibdiliet mill-partita kontra Mtarfa, fejn
dahal Buttigieg flok Salerno fid-difiza u Mifsud fuq ix-xellug
flok Bugeja li kien indispost ghal din il-loghba. Il-Versity riedu jpattu ghal telfa kontra l-istess Gharghur f’partita
ta’ hbiberija qabel il-kampjonat u dan urewh mal-ewwel b’attakki minn
fuq iz-zewg linji. Fil-fatt wara ftit minuti, Mifsud ghal ftit ma fetahx l-iskor minn
qaghda tajba. Izda Tal-Qroqq ma tantx stennew iktar, ghax minn cross perfett minn
fuq ix-xellug ta’ Fiorentini, dahal Camilleri li tefa’ gewwa minn
ftit passi boghod. M’ghaddewx hames minuti li l-iskor ma nbidilx. Pass filtranti mill-isbah ta’ Robert Zammit
li qata’ kompletament lid-difiza avversarja, gab lil Mifsud wahdu quddiem il-lasta li minghajr diffikulta ghamilhom
2-0. Minn hawn ‘il quddiem, il-Versity kellhom diversi cansijiet li jissigillaw ir-rebha
pero’ dan m’ghamluhx fost tentattivi minn Mifsud,
Camilleri, u R. Zammit.
Fit-tieni taqsima, l-istorja tal-partita hadet xejra ohra fejn issa
Tal-Qroqq bdew jamministraw il-vantagg li kellhom u Gharghur bdew jiehdu iktar ir-ruh fl-attakki taghhom lejn il-lasti avversarja.
Imma hawn ta’ min isemmi d-difiza tal-Versity li s’issa kellha bidu ta’ stagun eccezjonali fejn kemm Bonanno,
Grima, u ddistingwew ruhhom b’interventi f’waqthom kull hin li ma hallewx lil Gharghur joholqu azzjonijiet perikoluzi.
Kien biss intervent lejn l-ahhar tal-partita minn Agius
li zamm l-iskor 2-0. Matul din it-tieni taqsima, dahlu Charles Zammit flok Fiorentini fl-attakk u Scerri flok li Robert Zammit
li ghal darb’ohra kien importanti ferm f’nofs il-ground. Il-partita ghalqet b’iktar okkazjonijiet mitlufa
minn naha tal-Versity pero fl-ahhar mill-ahhar goal iehor
ma kienx se jbiddel l-istorja tal-loghba, loghba li kienet taht kontroll assolut minn
Tal-Qroqq.
Dan il-konfront kompla jikkonferma il-passi ta’ ggant li ghamlu
l-Versity kumparat mal-istagun li ghadda. Dahlet il-fiducja fil-potenzjal tal-players, u b’hekk il-loghob jibda gej
iktar facli. Dan mertu wkoll ghal coach li ghazel il-players apposta ghat-tip t’avversarju u halla l-frott b’zewg
rebhiet konsekuttivi li thalli lil Versity jiggieldu ghall-promozzjoni.
Voti:
Agius: 6.5 – loghba kwieta pero b’intervent importanti
lejn l-ahhar
Baldacchino: 6.5 – B’sahhtu fuq wara
Buttigieg: 6.5 – Dixxiplinat fid-difiza
Grima: 7 – Nofs il-koppja centrali li bhalissa hija fortizza
Bonanno: 7 – Il-parti l-ohra ta’ din il-fotizza
Cutajar: 6.5 – Loghba tajba hafna
Camilleri: 6 – Ghalkem skorja, seta kien iktar effettiv
Williams: 6 – Loghba kwieta
Fiorentini: 6.5 – L-aqwa loghba tal-istagun
R. Zammit: 7 – Il-regista tal-Versity
Mifsud: 7 – Irritorna ghall-aqwa forma tieghu
Player of the match:
Aaron Mifsud: Sentejn kien it-top scorer tat-tim
u jekk jibqa’ jilghab bhal din il-loghba, ma ndumux ma narawh fil-quccata ghal darb’ohra.