VERSITY TAL-QROQQ AFC

Goal fl-Ahhar Minuta Icahhad lil Versity mill-Quccata

Home | Gallery | Fixtures | History | Squad | Archives | Guestbook

VERSITY TAL-QROQQ                          1

FGURA GLADIATORS                            1

 

Agius, Baldacchino, Salerno (Buttigieg), Grima, Bonanno, Cutajar, Scerri, Camilleri, Fiorentini (C. Zammit), Bugeja, Sammut (R. Zammit)

 

Scorer: Cutajar 

                                                                                                                                      

Dik li dehret se tkun ir-reba li tpoggihom fil-quccata tal-klassifika giet imxejna minn goal fl-ahhar minuta ta’ Fgura Gladiators, li halliet lill-Versity b’toghma morra wara partita qalbiena minn kull player fil-gorund. Mertu jmur ghall-gladjaturi tal-Fgura li ma qatghux qalbhom u hadu punt li fl-ahhar mill-ahhar kien meritat.

 

Mifsud u Williams kienu assenti ghal Versity mill-ahhar loghba. Dawn gew mibdula minn Sammut li ghamel id-debutt tieghu f’dan il-kampjonat u minn Scerri. Il-coach Camilleri ghamel ukoll tibdila tattika meta ghazel li jilghab b’formazzjoni 4-4-1-1 b’Bugeja iktar avvanzat mis-soltu jghin lil Fiorentini. Wara minuta silenzju minhabba mewt fil-familja ta’ Fiorentini, il-partita bdiet b’fazi ta’ studju miz-zewg nahat. F’dawn il-fazijiet bdejna naraw lil Versity li ftit ftit bdew jiehdu l-kontroll ta’ nofs il-ground immexxija minn Cutajar. Stajna ukoll nosservaw il-heffa tal-players ta’ Fgura li kienu ta’ theddida kontinwa specjalment mal-faxex. Minhabba f’hekk kemm Sammut u Scerri kellhom jirtiraw ta’ spiss biex jghinu lill-full backs shabhom. Kien hemm okkazjonijiet fuq kull naha u f’wahda minn dawn, il-Versity fethu l-iskor. Lejn tmiem l-ewwel taqsima, Tal-Qroqq rebhu free-kick minn fuq il-lemin u b’daqqa ta’ ras preciza, Cutajar irnexxielu jitfa’ fix-xibka u jpoggi fil-vantagg lil Versity.

 

Kif kien mistenni, fit-tieni taqsima Fgura hargu mal-ewwel fuq l-attakk u tefghu fi pressjoni lid-difiza avversarja. Pero’ din is-sena il-Versity ghandhom difiza soda u ghal darb’ohra prestazzjoni brillanti mid-difensuri centrali Grima u Bonanno rnexxielha zzomm l-iskor 1-0. Il-Versity ma qaghdux lura milli jattakkaw izda dawn kienu ta’ ftit periklu. Camilleri beda jaghmel is-sostituzzjonijiet u Buttigieg dahal flok Salerno u R. Zammit flok Sammut. Il-periklu beda gej minn fuq ix-xellug meta l-aqwa player tal-Gladiators beda gej kontinwament u rebah xejn inqas tlett karti sofor ghall-fouls li saru fuqu. Il-goaler Agius ukoll ta’ sehmu biex l-iskor jibqa’ kif inhu b’interventi determinanti. Fl-ahhar hinijiet dahal jilghab ukoll C. Zammit minflok Fiorentini. Meta kollox deher li l-Versity jistghu johorgu b’rebha minn din il-loghba, Fgura gabu d-draw fejn minn cross fil-baxx mix-xellug li qata d-difiza kompletament, sab lill-attakkant tal-Gladiators zmarkat u minn ftit passi boghod tefa’ fix-xibka ghall-skor finali ta’ 1-1.

 

Id-dizappunt fuq wicc kull player tal-Versity kienet evidenti fl-ahhar tal-paritta u dan minhabba il-fatt li l-isforzi taghhom ma sarrfux f’rebha. Rebha li kient titfaghhom f’ras il-klassifika wara r-rizultat tal-loghba ta’ Marsaxlokk. Dan m’ghandux jitfa’ lura l-ambizzjonijiet tal-Versity u jkompli jikkonferma lid an se jkun kampjonat iebes mimlija b’timijiet ta’ kwalita li lesti jaghtu sfida denja f’kull loghba.

 

Voti:

 

Agius: 6.5 – Deciz fis-saves tieghu

Baldacchino: 6.5 –Jibqa’ jissielet ghal kull ballun

Salerno: 6 – Taht pressjoni kontinwa mill-avversarji

Grima: 7 – Prestazzjoni ohra brillanti

Bonanno: 7 – Serhan tal-mohh ghall-coach fid-difiza

Cutajar: 6.5 – Il-goal cirasa fuq il-kejk ta’ loghba posittiva ferm

Scerri: 6.5 – Kellu jirtira lura biex jghin lil shabu

Camilleri: 6 – Ghen kemm felah f’nofs il-ground

Fiorentini: 6 – Ghadu ma jistax isib ix-xibka

Bugeja: 6 – Imrazzan mid-difensuri avversarji

Sammut: 6 – Debutt sodisfacenti

 

Sostituti:

R. Zammit: 6 – Prova jiftah iktar il-loghob

C. Zammit: 5.5 – Mhux daqstant effettiv

Buttigieg: 6 – Taht pressjoni fl-ahhar fazijiet tal-loghba

 

Player of the match:

David Grima – Flimkien ma’ Bonanno qed ikun il-fattur determinanti ghall-prestazzjonijiet tajba tal-Versity. Il-captain haqqu dan ir-rikonoxximent.