F’loghba li kienet daqstant importanti li tirbah kif ukoll li ma titlifx, hareg
ir-rizultat li tista tghid jikkuntenta liz-zewg timijiet, dak ta’ draw. Min jirbah bejn Marsaxlokk u Tal-Qroqq kien
jitla’ fill-quccata tal-klassifika u telfa kienet tbieghed lil Versity minn Marsaxlokk f’ras il-klassifika. Kienet loghba
ferm kumbattuta bejn zewg timijiet li ghamlu l-ambizzjonjiet taghhom ghal dan l-istagun cari mill-ewwel loghbiet.
Ghal din il-loghba, il-coach Daniel Camilleri
kellu jaghmel diversi tibdiliet minhabba players indisponibbli fl-iskwadra tieghu. Neqsin minn din il-partita kien hemm Mifsud, Bugeja, Williams, u Bonanno. Fuq kollox kien hemm
nieqes il-goaler Agius li gie mibdul minn Abdilla. Ghal
min ma jiftakarx, Abdilla kien goaler tal-Versity xi snin ilu u dan l-ahhar kien qed jilghab ma’ Sliema Rangers. Dan
l-akkwist kien providenzjali ghall-Versity ghax kien proprju l-protagonista ta’ din il-loghba b’saves li salvaw
il-partita. Il-Versity addottaw is-sistema ta’ libero b’Cutajar ikopri dan ir-rwol biex ipattu ghall-assenza ta’
Bonanno fid-difiza.
Ix-Xlukkajri dehru teknikament superjuri ghall-Versity fil-hinijiet inizjali u bdew
igaghlu lill-midfielders Sammut u Camilleri jinzlu kontinwament jghinu lil shabhom. Dan zamm lil Versity milli jikkrejaw perikli
lid-difiza avversarja apparti cans minn foul fejn Grima
ma rrnexillux jaghmel konnessjoni tajba u l-ballun spicca barra. Fil-fatt Marsaxlokk
marru mill-inqas tlett darbiet vicin li jifthu l-iskor. Pero, bi hrug f’waqthom Abdilla ghamel cert li r-ritorn tieghu
jkun wiehed li tibqa’ tiftakru. Iktar ma beda jghaddi l-hin, Tal-Qroqq iktar bdew joqoghdu u jkunu perikoluzi fl-attakk.
Fiorentini mar vicin li jiskorja l-ewwel goal tieghu meta minn daqqa ta’ ras il-ballun
ghadda ftit gholi minn fuq il-lasta l-wieqfa. Il-loghba
kienet wahda pjacevoli, milghuba bi spirtu kumbattiv izda mhux kattiv. L-ewwel taqsima ghalqet minghajr goals bix-Xlukkajri
jimmeritahom xi ftit iktar.
It-tieni taqsima kienet simili ta l-ewwel wahda b’Marsaxlokk jibqghu jippressaw
biex jifthu l-iskor. U dan ghamluh wara ftit minuti meta minn azzjoni tajba minn
fuq ix-xellug, il-ballun spicca ghand l-attakkant Xlukkajr li bi precizjoni minn
mal-kaxxa kbira tefa fil-baxx fejn Abdilla mess il-ballun imma ma’ setax jzommu milli jispicca fil-kantuniera. Il-ferh
tax-Xlukkajri kien evidenti ghax rebha kienet tkompli tissigilla posthom fil-quccata. Pero’ meta huma hasbu li l-loghba
kienet maghluqa, il-Versity ghamlu l-qalb u intefghu fuq l-attakk biex igibu l-goal tad-draw. L-ewwel kien Sammut li wara
azzjoni ma’ Fiorentini, xuttja bil-goalkeeper avversarju jitfa’ f’corner. Imbaghad minn azzjoni gol-kaxxa l-kbira, difensur ta’ Marsaxlokk imiss il-ballus b’idu
u pront kien ir-referee biex isaffar penalty. Antonio Camilleri inkariga ruhu mill-penalty u gab ir-rizultat f’parita.
Minn hemm apparti ghal azzjoni fejn kien hemm xi ftit ta incertezza bejn Cutajar u Abdilla
mill-liema azzjoni l-attakkant Xlukkajr tefa barra minn
pozzizjoni idejali, il-partita kompliet pjuttost attiva biz-zewg nahat joqtlu lil xulxin tattikament u b’hekk il-loghba
ntemmet fi draw.
Ghal din il-loghda, kreditu zgur irid imur lit-tim kollu inkluzi lil dawk li dahlu bhala
sostituti ghax jaghtu opportunitajiet biex tinbidel il-loghba favur Tal-Qroqq. Dan huwa l-vantagg li jkollok skwadra kbira.
Din is-sena il-Versity huwa tim li difficli hafna li tirbahlu u jibqghu jiggieldu sal-ahhar minuta. Il-partita li jmiss hija
mill-Christmas Cup u jehtieg li sakemm jerga jintlaghab il-kampjonat f’Jannar, it-tim jibqa jittrenja bi hgaru halli
jsib ruhu preparat.
Voti:
Abdilla: 7.5 – Determinanti
Baldacchino: 7.0 – Kellu jimmarka iktar mis-soltu
Buttigieg: 6.5 – Kellu hafna x’jaghmel u ghamlu sew
Grima: 7.0 – Minghajr Bonanno xorta baqa’ konsistenti
Cutajar: 7.0 – Kopra r-rwol ta wara tajjeb
Vella: 6.5 – Ritorn pozittiv f’nofs il-ground
Camilleri: 6.5 – Skorja l-penalty li salva punt ghall-Versity
R. Zammit: 6 – Bata kontra il-fizicita tax-Xlukkajri
Fiorentini: 6.5 – Kien vicin li jiskorja u gab il-penalty
C. Zammit: 6 – Kontribut siewi fl-attakk
Sammut: 6.5 – Titjib mill-ahhar partita
Sostituti:
Scerri: 6.5 – Kien tajjeb hafna f’hin ta’ pressjoni ghat-tim
J. Bugeja: s.v – Iddebutta ghal-ftit hin
Bonnici: s.v – Debutt stagjonali
Player of the match:
Chris Abdilla – Bla dubju sorpriza ghal hafna. Wara nuqqas twil minhabba li kien
qed jilghab ma’ tmijiet ohra, kien strumentali biex il-Versity ma tilfux il-partita meta tqis li ma huwiex kompitu facli
li timla l-vojt ta’ Agius.