Il-Versity kitbu pagna importnati fl-istorja taghhom meta qatghu passagg ghas-semi-finali
ta’ kompetizzjoni Knock-Out meta b’goal kull taqsima warrbu l-isfida tat-tim tal-ewwel divizjoni Sliema Rangers.
Dan kien mument ta’ prova ghat-tim tal-Versity ghax kienu qed jiltaqghu kontra tim aktar ikkwotat minnhom u rnexxielhom
ikomplu s-serje posittiva taghhom li qed tarahom bla telfa dan l-istagun.
Ghal din il-loghba kellna r-ritorn bejn il-lasti ta’ Agius u l-konferma fl-attakk
ta’ Charles Zammit. B’Scerri sospiz minhabba karta safra fil-loghba precedenti, postu ttiehed minn
Bugeja li rritorna fil-formazzjoni inizjali. Grima u Bonanno rritornaw flimkien biex jifformaw il-koppja centrali tad-difiza
li din is-sena tant qed taghti sodifazzjon. Konxji mill-fatt li Sliema huma tim teknikament ahjar minnhom, il-Versity qaghdu
jistudjaw ftit l-avversarji fil-fazijiet inizjali. Fil-fatt, f’din il-fazi, il-coach Camilleri ma tantx kien sodisfatt
mill-prestazzjoni tat-tim, iktar u iktar meta beda jara li Sliema m’humiex l-istess tim li s-sena l-ohra elimina lill-istess
Versity min-Knock-Out wara l-ghoti tal-penalties.
Iktar ma beda jghaddi l-hin, Tal-Qroqq bdew jiggwadanjaw il-fiducja fihom infushom u
bdew jersqu iktar ta’ spiss lejn il-lasti avversarji. Il-mument li ta xejra posittiva wasal mal-ewwel goal. Azzjoni
korali minn fuq ix-xellug rat lil Bugeja iqassam lil Mifsud mal linja li bi cross preciz sab lil Charles Zammit f’nofs
il-kaxxa li zmarka ruhu tajjeb u xuttja malajr biex tefa’ fil-vantagg lil Versity. Sliema Rangers ftit kienu perikoluzi
u b’hekk hallew lil Versity jiddefendu facilment kull azzjoni taghhom. L-ewwel taqsima ntemmet 1-0 ghal Versity.
Il-kunfidenza fil-potenzjal taghhom kienet tidher evidenti fuq kull player tal-Versity
li hargu ghat-tieni taqsima b’ottimizmu li jistghu jakkwistaw ir-rebha. Wara ftit him mill-bidu tat-tieni taqsima, Daniel Camilleri kellu jbiddel lil Bugeja li diga’ kellu karta safra ghall-protesti fl-ewwel
taqsima u minfloku dahal Sammut li ha postu fuq ix-xellug, Mifsud mar fuq il-lemin u Antonio Camilleri dahal fin-nofs. Fiorentin
dahal ukoll flok Charles Zammit.
Dan il-kambjament mal-ewwel deher li jhalli l-frott meta minn ballun misruq ta’ Sammut, dan tefa’ lejn Fiorentini li tefa’ ftit
barra. Izda dan kellu jkun ghall-preludju tal-goal li ssigilla r-rebha. Pass filtranti ta’ Camilleri sab lil Fiorentini
wahdu wara li gheleb in-nasba tal-offside u pront tefa’ fix-xibka ghal skor ta’ 2-0. Dan kien l-ewwel goal ta’
Fiorentini dan l-istagun u kien premju ghax-xoghol siewi li qed jaghmel mat-tim. Hawnhekk ir-Rangers iktar thawwdu u fosthom
dahal id-dizgwid bejn il-players infushom, kif ukoll mar-referee. Dan ghamel il-hajja iktar facli ghall-Versity u minn hemm ir-Rangers ftit kienu perikoluzi. Anzi kien hemm goal imhassar
ta’ Philip Zammit li seta’ kompla jkabbar ir-rizultat. Il-partita ntemmet wara ftit bil-Versity jiskbu rebha meritata.
M’hemmx xi nghidu l-ferh fost il-players u l-kumitat kien wiehed evidenti u dan
jaghti premju ghax-xoghol bis-serjeta li qed isir matul il-gimghat li ghaddejjin. Il-loghba li jmiss hija wahda iebsa ghax
l-avversarji huma hadd hlief San Gwann 93. Tim li huwa mimli unuri fis-Swan League u li l-ambizzjoni taghhom hija li jirbhu
din it-tazza. Dan m’ghandux jaqta’ qalb Tal-Qroqq, anzi ghandu jimla b’ktar kuragg biex tinkiseb rebha li
verament iddahhalhom fl-istorja.
Voti:
Agius: 6.5 – Kunfidenti
Salerno: 6 – Tjieb fit-tieni taqsima
Buttigieg: 6.5 – Ma zbaljax ballun
Grima: 7 – Konsistenti
Bonanno: 7 – Konferma
Vella: 7.5 – Majestuz fin-nofs
Camilleri: 6.5 – Loghba tajba mal-linja u fin-nofs
R. Zammit: 7 – Il-mohh tat-tim
C. Zammit: 7 – L-aqwa loghba tal-istagun
Bugeja: 6 – Wisq nervuz
Mifsud: 6.5 – Tijib kontinwu
Sostituti:
P. Zammit: 6 – Goal imhassar ghalxejn
Fiorentini: 6.5 – Il-goal premju ghall-insistenza
Sammut: 6 – Ikkontribwixxa ghar-rebha
Player of the match:
Roderick Vella – Il-frustjazzjoni tas-Sliema kienet kollha
lejh li waqqaf il-maggoranza tal-azzjonijiet taghhom. L-aqwa loghba minn
meta rritorna mill-injury.