VERSITY TAL-QROQQ AFC

Tispicca l-Mixja tal-Versity fil-Christmas Cup

Home | Gallery | Fixtures | History | Squad | Archives | Guestbook

VERSITY TAL-QROQQ                      1

SAN GWANN '93                                2

 

Agius, Sammut, Buttigieg, Grima, Bonanno, Vella, Camilleri, R. Zammit, C. Zammit (Fiorentini), Scerri, Ellul Soler (Mifsud)

 

Scorer: Camilleri

                                                                                                                    

Il-mixja tal-Versity fil-Christmas Cup intemmet b’telfa minima ta’ 2-1 kontra San Gwann ’93. Ghalkemm sfaw eliminnati, il-Versity hargu b’rashom mghollija minn dan il-konfront li rahom ihabbtuha rasimbras mal-qawwa ta’ San Gwann. Kienet telfa li ghandha tonora lil dawk kollha li niezlu fil-ground u taw dak kollu possibli biex il-holma issir realta. Pero’ San Gwann kienu attenti li japprofittaw minn dizattenzjoni wahda fid-difiza u auto-goal biex tifaghhom fil-finali.

 

Daniel Camilleri prepara ghal din il-loghba b’attenzjoni kbira u kellu jaghmel tajjeb ghall-indisponibilita ta’ whud mill-players titolari fosthom Cutajar, Bugeja, u Williams. Ipattu ghal dawn in-nuqqasijiet kellna d-debutt stagjonali ta’ Ellul Soler u r-ritorn ta’ Buttigieg u Scerri li fil-loghba ta’ qabel kien sospiz. Il-bidu kien wiehed ta’ studju ghall-Versity iktar u iktar meta kienu jafu l-potenzjal tal-avversarju. Pero izjed ma beda jghaddi hin, Tal-Qroqq bdew jiehdu izjed kuragg u bdew jersqu vicin lejn il-lasti ta’ San Gwann. Il-kompitu kien iktar facli minhabba l-fatt li San Gwann niezlu ghall-loghba b’ghaxar min-nies. Dan izda ma cahhadhomx milli jittantaw xortihom fl-attakk, imma d-difiza tal-Versity kienet attenta bhas-soltu u din id-darba bl-inkluzjoni ta’ Sammut ukoll. Kienet izjed koperta u ma hallewx lil San Gwann ikunu perikoluzi.

 

L-attakki tal-Versity kienu hafna minnhom koncentrati fuq in-naha tal-lemin bil-girjiet ta’ Camilleri li beda jitfa’ cross wiehed wara l-iehor lejn l-ahwa Zammit li kienu fic-centru tal-attakk tal-Versity. Il-frustrazzjoni fuq wicc il-players kienet evidenti ghax ma setghux jifthu l-iskor ghalkemm kienu ahjar mill-avversarji. L-ewwel taqsimaghalqet minghajr goals bil-Versity definittivament ahjar mill-avversarji.

 

Fil-bidu tat-tieni taqsima, il-Versity ghamlu xi tibdiliet fejn dahlu jilghabu Fiorentini u Mifsud flok Charles Zammit u Ellul Soler rispettivament. San Gwann issa bdew jiehdu r-ruh meta ghaqqdu 11-il player u b’hekk bdew jersqu iktar lejn il-lasti tal-Versity. Sa dan il-hin id-difiza bdiet izzomm tajjeb bil-goaler Agius attent, difiza dejjem pronta, midfield habrieki, u attakk dejjem lest biex japprofitta minn zball tal-avversarju. Pero l-folja nqalbet meta kienu San Gwann li approfittaw minn zball tal-Versity. Sammut seraq ballun tajjeb fid-difiza, qassam lejn nofs il-ground, bil-ballun jigi anticipat minn San Gwann li tefghu l-ballun mal-linja u b’pass preciz sabu midfielder li baqa’ diehel min-nofs u bi precizjoni tefa’ fix-xibka. L-isfortuna baqghet tigri wara l-Versity meta minn xutt tal-attakkant ta’ San Gwann, Agius jilqa’ tajjeb bil-ballun jahbat ma’ sieq Sammut u jibqa diehel fix-xibka ghal skor ta’ 2-0.

 

Hawnhekk il-Versity komplew juru kemm huma tim differenti mis-sena l-ohra u mal-ewwel ghamlu reazzjoni. Sammut jirbah ballun max-xellug, iqassam lejn Mifsud li krossja fin-nofs bil-ballun jispicca f’saqjn Camilleri li pront tefa’ fix-xibka. Il-Versity riedu l-goal tad-draw u dan pruvaw jaghmluh bi pressjoni kontiwa fuq l-avversarji, pero l-hin ghadda malajr u l-partita spiccat b’San Gwann jaqtghu l-passagg ghall-finali.

 

Il-holma tal-Versity li jilghabu fl-ewwel finali taghhom taret mar-rih. Ghalkemm dizappuntati, il-players xorta kienu sodisfatti ghall-prestazzjoni brillanti li ghamlu u li ghamlu iktar mill-massimu biex jippruvaw li huma tim ta’ kwalita. Issa li spiccat din il-kompetizzjoni, l-attenzjoni principali ghandha tintefa’ lejn il-bqija tal-kampjonat u l-ewwel loghba li jmiss kontra Paola Peacocks. Rebha zgur li thallihom b’cansijiet tajba ghall-promozzjoni.

 

Voti:

 

Agius: 6.5 – Jaghti certezza

Sammut: 6.5 – Zball fl-ewwel goal icahhdu minn vot ahjar

Buttigieg: 6.5 – Grintuz

Grima: 7 – Inkollat mal-avversarji

Bonanno: 6.5 – Puntwali f’kull intervent

Vella: 6.5 – Jghaqqad id-difiza mal-attakk

Camilleri: 7 – Xewka

R. Zammit: 6 – Maghluq qalb l-avversarji

C. Zammit: 6 – Imdawwar mid-difiza ta’ San Gwann

Scerri: 6 – Ma setax jesprimi kollox

Ellul Soler: 6 – Debutt sodisfacenti

 

Sostituti:

Fiorentini: 5.5 – Ma kienx effettiv

Mifsud: 6 – Ta iktar hajja mal-linja

 

Player of the match:

Antonio Camilleri – Apparti l-goal kien hu li prova l-iktar jiftah id-difiza avversarja b’girjiet ma jieqfu qatt mal-linja. Il-goal kien ic-cirasa fuq prestazzjoni superjuri