VERSITY TAL-QROQQ AFC

Bilanc fil-Konfront tal-Quccata
Home | Gallery | Fixtures | History | Squad | Archives | Guestbook

VERSITY TAL-QROQQ                      0

MARSA BAXTER                                 0

 

Agius, Salerno, Buttigieg, Grima, Bonanno, Scerri, Camilleri (Sammut), R. Zammit, C. Zammit (Fiorentini), Williams, Bugeja

 

                                                                                                                    

Il-bidu tat-tieni round laqqa’ liz-zewg timijiet li qed jokkupaw l-ewwel zewg postijiet tal-klassifika, b’Marsa Baxter bhala leaders punt biss fuq Versity Tal-Qroqq. Ir-rizultat ta’ 0-0 kien l-istess wiehed tal-ewwel round u dan jixhed l-ekwilibriju li hemm bejn iz-zewg timijiet. Din il-loghba setghet taghti xi vantagg minimu lil wiehed mill-pretendenti ghall-unuri, izda dan ir-rizultat halla l-affarjiet kif kienu biex b’hekk it-taqtiegha se tibqa wahda miftuha sew.

 

Konxju mill-importanza ta’ din il-loghba, Camilleri immotiva lill-players tieghu kemm felah u bl-ghajnuna solita ta’ Fiorentini ta l-istruzzjonijiet precizi lil kull player.Camilleri kellu jaghmel tajjeb ghan-nuqqas ta’ tlett players importanti fl-iskawdra – Cutajar, Mifsud, u Vella, kollha mwegghin. Dan gew mibdula minn R. Zammit, Bugeja, u Scerri rispettivament. Il-partita bdiet f’temp tipikament xitwi kiesah u b’rih jonfoh gmielu.

 

Il-loghba telqet mal-ewwel fuq ritmi gholjin biz-zewg timijiet jiggieldu ghal kull ballun u joqtlu lil xulxin tattikament. Wara ftit hin pero, il-Versity hadu l-kmand tal-loghba b’ Antonio Camilleri u Buttigieg ikollhom bidu nkoragganti mal-lemin fejn issieltu ghal kull ballun. Il-Versity baqghu jaghmlu pressjoni, izda d-difiza tal-Marsa bdiet tikkontrolla tajjeb. Camilleri kien l-iktar wiehed attive meta ttanta xortih min zewg azzjonijiet personali li gew salvati b’mod brillanti mill-goalkeeper avversarju. Marsa ma qaghdux lura u wrew li mhux qeghdin fil-quccata tal-klassifika ta’ xejn. Pero d-difiza tal-Versity, ghal darb’ohra mmexxija minn Grima u Bonanno kienet dejjem attenta u xejnet kull tentattiv tal-Baxter. Bit-temp jibqa l-protagonista, l-ewwel taqsima ghalqet minghajr goals.

 

Hekk kif inghata bidu ghat-tieni taqsima, Marsa hargu fuq l-attakk u tefghu lil Tal-Qroqq f’nofs il-ground jiddefendu r-rizultat. Scerri kellu bicca xoghol kbira biex jinzel jghin lil shabu fid-difiza u waqfu milli jaghti appogg fl-attakk u jipproponi passes vertikali kif soltu jaghmel. Iktar ma beda jghaddi hin, il-Versity bdew joqoghdu iktar u jersqu iktar lejn il-lasti avversarja. Bugeja kien iktar importanti f’din il-fazi u kien ta’ xewka kontinwa max-xellug. L-ikrar li mar vicin li jiftah l-iskor kien Robert Zammit meta minn azzjoni personali laqat il-lasta l-wieqfa b’xutt preciz. Wara li dahlu Fiorentini u Sammut minflok Charles Zammit u Camilleri rispettivament, il-Versity regghu marru vicin li jifthu l-iskor minn Scerri li falla cans tajjeb lejn l-ahhar tal-loghba.

 

Fl-ahhar mill-ahhar, ir-rizultat ta’ parita kien wiehed gust ghalkemm il-Versity jistghu ihossuhom ftit dizappuntati meta kieny iktar perikoluzi fl-azzjonijiet taghhom. Dan ir-rizultat ihalli liz-zewg timijiet punt boghod minn xulxin u koncentrati sal-ahhar biex jakkwistaw l-ewwel post u promozzjoni diretta. Il-Versity ghadhom l-uniku tim bla telfa f’dan il-kampjonat u kkonfermaw is-solidita taghhom f’kull settur fil-ground. Naqra iktar sforz jista jsarraf f’promozzjoni storika u fuq kollox xierqa ghax-xoghol kbir li qed isir u l-armonija fost il-players. Imma it-triq ghadha twila u difficli mhux hazin!!

 

Voti:

 

Agius: 6 – Ftit impenjat

Salerno: 6.5 – Partita tajba, specjalment fit-tieni taqsima

Buttigieg: 7.5 – Habrieki

Grima: 7.5 – Imponenti fid-difiza

Bonanno: 7 – Certezza

Scerri: 7.5 – Bla waqfien matul lil-loghba kollha

Camilleri: 7 – Irresistibbli specjalment fl-ewwel taqsima

R. Zammit: 7 – Il-lasta ccahdu minn goal sabih

C. Zammit: 6.5 – Stinka hafna biex jiftah l-iskor

Williams: 6 – Loghba kwieta

Bugeja: 7 – L-aqwa loghba tal-istagun

 

Sostituti:

Sammut: 6 – Kien tajjeb fil-ftit hin li dahal

Fiorentini: 5.5 – Ma halliex l-effett mixtieq

 

Player of the match:

Donald Scerri – Prestazzjoni brillanti li kkonfermat id-doti teknici tieghu anke kontra avversarji validi.