B’wirja ohra brillanti, Versity Tal-Qroqq iddominaw lill-Imtarfa Lightnings bl-iskor
ta’ 4-1. Din kienet rebha importanti ghall-bqija tal-kampjonat ghax qasmet kompletament il-klassifika fi tnejn –
bejn dawk li huma pretendenti ghall-promozzjoni u t-timijiet l-ohra. Ir-rebha mmaturat fl-ewwel taqsima fejn il-Versity fethu
vantagg ta’ tlett goals, li imbaghad kien difficli ghall-Lightnings biex jirkupraw.
Ghal din il-loghba, Camilleri ghamel xi tibdiliet fejn bhala goaler kellna lil Abdilla
li ha post Agius u Williams li ha l-linja tax-xellug flok Bugeja li kien assenti u Sammut li bidel il Salerno fil-linja tad-difiza.
Mill-bqija il-formazzjoni baqghet identika bhall-ahhar loghba kontra Marsa Baxter.
Wara fazi inizjali ta’ studju, il-Versity fethu fuq l-attakk u bdew ikunu ta’
periklu ghall-lasti avversarji. F’wiehed minn dawn l-attakki, gie mirbuh corner bil-ballun jispicca ghand Camilleri li b’rovesciata
tefa’ ghan-nofs u minn ftit passi boghod kien hemm
Grima li skorja l-ewwel goal tal-partita u l-ewwel wiehed personali dan l-istagun. Dan kellu jkun il-preludju ghat-tieni goal
ghax fi ftit hin Tal-Qroqq irduppjaw. Scerri jirbah ballun mal-lemin, ra l-goalkeeper avversarju mhux preparat u bi precizjoni
llobbja l-ballun ghar-rokna tal-lasti ghall-vantagg ta’ 2-0 wara ftit minuti. Hawnhekk il-Versity donnhom irrilassaw
xi ftit u l-Imtarfa bdew gejjin f’taghhom. Minn azzjoni
ta’ corner, Abdilla ma jahtafx u l-ballun jispicca ghand l-attakkant tal-Lightnings li malajr xuttja ghall-lasta, izda
mal-linja kien hemm Sammut li xellef il-ballun ghal-barra u franka goal cert. Wara dan il-mument ta’ ezitazzjoni, il-Versity
regghu qabdu r-ritmu u dlonk skurjaw it-tielet goal. Ghal darb’ohra, Scerri rebah ballun fin-nofs, dahal fil-kaxxa fejn
twaqqa’ mid-difensuri avversarji bir-referee ikun deciz u jsaffar penalty. Minn
dan il-penalty inkariga ruhu Camilleri li ma falliex u ghalaq l-ewwel taqsima 3-0 ghall-Versity.
Fil-bidu tat-tieni taqsima u bir-rizultat favurihom, il-Versity hargu xi ftit rilassati
u ta’ dan pattew qares wara biss ftit minuti. Minn wiehed minn sensiela ta’ blalen fit-tul, nuqqas ta’ ftehim bejn Grima u Abdilla, halla
l-ballun ghaddej u spicca ghand l-attakkant ta’ Mtarfa li b’lasta vojta tefa’ fix-xibka. Mghejjuna minn dan il-goal, l-Imtarfa xehtu kollox fuq l-attakk biex jidhlu iktar
fil-loghba. Bir-rih favurihom, Mtarfa baqghu jinsistu bi blalen twal lejn l-attakkanti taghhom, pero din id-darba d-difiza
tal-Versity qaghdet iktar attenta u pattiet ghall-izball inizjali. Il-coach Camilleri beda jaghmel xi sostituzzjonijiet u
dahhal jilghab lil Mifsud minflok Williams li kellu lloghba kwieta. Mifsud ikkonferma l-ghazla tajba li ghamel Camilleri ghax
wara ftit skorja b’lob minn pass fit-tul ta’ shabu minn nofs il-ground. Il-loghba issa kienet kollha ghan-niezla ghalkemm interventi f’waqthom
ta’ Abdilla zammew id-distakk ta’ tlett goals.
Din ir-rebha kienet pass iehor importnati ghall-Versity biex jibqghu f’kuntatt
ma’ Marsa Baxter li jinsabu punt biss fuqhom. Issa l-kampjonat dahal fid-dritta finali u kull punt jiswa mitqlu deheb.
Il-loghob li jmiss zgur se jkun determinanti biex jigi stabbilit minn
se jkun promos direttament fl-ewwel divizjoni u bl-iskwadra li ghandhom il-Versity ghandhom ikunu pretendenti serji ghal dan
l-ghan.
Voti:
Abdilla: 6.5 – Patta tajjeb ghall-izball tal-goal
Sammut: 7 – L-aqwa partita tal-istagun
Buttigieg: 6.5 – Ghen kemm fid-difiza u fl-attakk
Grima: 7 – Goal premju ghal stagun stupend
Bonanno: 7 – Surmast fid-difiza
Vella: 7 – Mutur f’nofs il-ground
Camilleri: 7 – Provvidenzjali
Scerri: 7.5 – Determinanti bhas-soltu
C. Zammit: 6 – Pedina importanti
R. Zammit: 6.5 – Effettiv ghalkemm seta’ kien izjed konkret
Williams: 6 – Forsi x-xellug mhux postu
Sostituti:
Mifsud: 6.5 – Apparti l-goal, ta l-ispinta mehtiega mal-linja
Fiorentini: 5.5 – Prova jzomm il-pussess tal-ballun kemm seta’
Cutajar: 6 – Xoghlu kien li jdawwar il-ballun u hekk ghamel
Player of the match:
Donald Scerri – Ezemplari. Goal, penalty, blalen mirbuha u passes
precizi. Daniel Camilleri ma’ setax jitolbu aktar.