F’partita li setghet tkun ferm insidjuza, il-Versity kienu dominanti tul il-partita
kollha u li kieku ma kienx ghal zbalji quddiem il-lasta l-iskor seta’ kien ikbar. Il-perikli kienu li Versity setghu
ma jkunux koncentrati bizzejjed minhabba il-klassifika ta’ Gharghur u anke peress li Gharghur urew titjib fl-ahhar hargiet
taghhom. Pero l-andament tal-loghba mal-ewwel deher fejn sejjer ir-rizultat u Tal-Qroqq rebhu facilment.
Mill-ahhar partita saru xi tibdiliet fil-formazzjoni ideali fejn Salerno
bidel lil Sammut, Fiorentini lil Charles Zammit, u Mifsud lil Vella. Neqsin mill-iskwadra kellna ghal darb’ohra lil
Cutajar u Bugeja li jinsabu indisposti. Il-bizgha li seta kien hemm fil-bidu taret mar-rih wara ftit minuti meta l-Versity
hadu kmand assolut tal-pussess tal-ballun u bdew ikunu perikoluzi kontinwament. Huma addottaw sistema ta’ passaggi vertikali
li bdew jinfdu lid-difiza pjuttost dghajfa ta’ Gharghur. Fil-fatt kien minn
pass filtranti ta’ Charles Williams, li Mifsud harab tajjeb bejn id-difensuri centrali avversarji u b’lob stupend
tefa’ fix-xibka ghall-ewwel goal tieghu tal-partita. Il-goals l-ohra ta’ Mifsud kienu fotokopja tal-ewwel wiehed
bil-passaggi filtranti din id-darba jaslu minn Bonanno u
Robert Zammit. Bla dubju, partita eccezjonali ghal Mifsud li tefghetu solitarju f’ras il-klassifika tal-iscorers tal-Versity.
Matul l-ewwel taqsima kien hemm azzjonijiet ohra fejn Tal-Qroqq setghu kabbru l-iskor, partikolarment minn Fiorentini li laqat il-lasta mill-vicin, filwaqt li Gharghur kellhom azzjoni wahda
denja ta’ nota b’save tajjeb ta’ Abdilla.
It-tieni taqsima kienet simili hafna tal-ewwel wahda bil-Versity dominanti f’kull
dipartiment tal-ground. Ta’ min jghid li ghalkemm ziedu zewg goals ohra, setghu ziedu mill-inqas erba’ ohra li
ma kinetx ghal nuqqas ta’ precizjoni u forsi xi ftit rilassament fil-mument tax-xutt. Madankollu il-goals waslu minn Camilleri b’xutt baxx minn barra l-kaxxa u minn Agius li soltu narawh bl-ingwanti bejn il-lasti. Agius dahal flok Fiorentini fl-attakk,
rcieva ballun hdejn il-kaxxa, zammu b’sidru u b’xutt stupend uriena li kapaci wkoll bhala attakkant. Matul din
it-taqsima, dahlu jilghabu wkoll Sammut flok Robert Zammit u Vella flok Scerri. Id-difensuri centrali tal-Versity, Grima u
Bonanno ftit li xejn kellhom x’jaghmlu bl-attakkanti ta’ Gharghur mizmuma tajjeb milli jircievu l-ballun mill-midfield
kompost minn Scerri inizjalment u wara minn
Vella, u Robert Zammit. Mal-linji hadmu tajjeb hafna Williams u Sammut fuq ix-xellug u Camilleri mghejjun minn Buttigieg fuq il-lemin.
Prestazzjoni bhal din tawgura tajjeb ferm ghat-tlett loghbiet li fadal u taghti sinjal
lill-avversarji li ghandhom joqoghdu attenti meta jilghabu kontra l-Versity. Ghalkemm il-Versity ghadhom l-unika tim bla telfa,
xorta qeghdin punt that il-leaders Marsa Baxter li kisbu tlett punti importanti kontra Fgura Gladiators b’goal fl-ahhar
minuta fil-loghba ta’ qabel il-Versity. Il-loghob li fadal ghandhom juru l-potenzjal vera kemm ta’ Marsa u ta’
Versity ghax f’mumenti importanti bhal dawn li tohrog il-kapacita tat-tim.
Voti:
Abdilla: 6.5 – Save krucjali fuq ir-rizultat ta’ 0-0
Salerno: 6.5 – Habrieki
Buttigieg: 7 – Importanti ghall-bilanc tat-tim
Grima: 7 – Konsistenti
Bonanno: 7 – Ikkontrolla tajjeb
Scerri: 7 – Energija kontinwa
Camilleri: 7.5 – Goal u energija
R. Zammit: 7 – Effetwa passes filtranti tajba
Fiorentini: 6.5 – Il-goal icahhdu minn
loghba eccellenti
Mifsud: 8.5 – Perfezzjoni
Williams: 7.5 – Meta f’sikktu, ikun importanti
ghall-Versity
Sostituti:
Vella: 6.5 – Kompla fejn halla Scerri
Sammut: 6.5 – Integra tajjeb mal-ewwel
Agius: 6.5 – Ma jieqafx jissorprendi
Player of the match:
Aaron Mifsud – Bla dubju il-player tal-loghba. Tlett goals u cansijiet ohra li
jkompli jzid maghhom, f’loghba preatikament perfetta fejn approfitta bis-shih mid-djghufija tad-difiza avversarja