VERSITY TAL-QROQQ AFC

Versity Jeliminaw lil Senglea Gunners
Home | Gallery | Fixtures | History | Squad | Archives | Guestbook

VERSITY TAL-QROQQ                     5

SENGLEA GUNNERS                         3 

 

Agius, Salerno, Buttigieg, Grima, Bonanno, Cutajar (Scerri), Camilleri, R. Zammit, C. Zammit (Fiorentini), Bugeja, Sammut 

 

 

                                                                                                                          

F’loghba mimlija emozzjonijiet u gowls, il-Versity hargu rebbieha fuq it-tim li qed jiggieled ghar-rebh tal-kampjonat tal-Ewwel Divizjoni Senglea Gunners, bl-iskor ta’ 5-3. Din il-partita kienet valida ghall-Ewwel Round tal-kompetizzjoni Knock-Out. Ftit bassru li l-Versity kienu se jikkwalifikaw minn loghba daqshekk difficli, pero bil-grinta, determinazzjoni, u koncentrazzjoni huma gharfu jeghlbu kull ostaklu u hargu rebbieha fejn fil-loghba dejjem kienu l-ahjar tim.

 

Diversi kienu t-tibdiliet li ghamel jew kellu jaghmel il-kowc Camilleri. Ma l-ewwel hdax irritornaw Cutajar, Bugeja, u Sammut li ghamlu tajjeb ghan-nuqqas ta’ Williams, Mifsud, u Vella. Agius rega sab postu bejn il-lasti waqt li Scerri, Abdilla u Fiorentini bdew minn fuq il-bank. Qabel il-partita, bhas-soltu kien Fiorentini li mexxa t-tahrig u ta l-karika lill-plejers li niezlu fil-ground.

 

Hekk kif bdiet il-loghba, il-Gunners hargu mal-ewwel fuq l-attakk u f’inqas minn hames minuti hadu l-frott meta l-attakkant Senglean approfitta minn zball ta passagg, ghadda bejn zewg plejers u twaqqa’ fil-kaxxa minn Grima. Pront kien ir-referee li pponta lejn il-penalty spot. Inkariga ruhu mill-penalty il-goalkeeper avversarju u tefa fix-xibka ghalll-vantagg bikri ghall-Gunners. Tal-Qroqq inhasdu bil-kbir u kienu qishom ghadhom ma niezlux fil-ground. Izda iktar ma beda jghaddi l-hin, iktar bdew joqoghdu u bdew johorgu mill-qoxra li kienu fiha u bdew jittantaw xortihom lejn il-lasti avversarji. Kienet azzjoni tajba minn Sammut fuq ix-xellug li twaqqa mid-difensur avversarju li tat il-bidu ghall-gowl tad-draw. Camilleri ta l-free-kick u xuttja dirett lejn il-lasta bil-gowler avversarju mahsud jistenna cross bil-ballun jibqa’ diehel fix-xibka.

 

Il-Versity baqghu ghaddejjin b’ritmu tajjeb hafna u kienu diversi l-azzjonijiet fejn setghu jmorru fil-vantagg b’azzjonijiet ta’ Sammut, Camilleri, Bugeja, u R Zammit. Il-vantagg ma damx ma wasal fejn Cutajar b’passagg meqjus sab lil Camilleri fuq il-linja tal-lemin, dan ikkrossja fil-baxx ghan-nofs u pront kien C Zammit li tefa’ fix-xibka ghal skor ta’ 2-1. Senglea ma qaghdux lura imma Versity kienu qieghdin jikkontrollaw tajjeb.  Pero’ Agius ma’ seta’ jaghmel xejn meta minn free-kick, l-attakkant tal-Gunners xehet bir-ras fix-xibka (ghalkemm jibqghu dubji dwar puzizzjoni ta offside) ezatt qabel tisfira li temmet l-ewwel taqsima.

 

L-ewwel taqsima mliet kuragg lil Tal-Qroqq li setghu jaghmluha ghat-tieni round. Fil-fatt huma baqghu fuq l-offensiva biex jippruvaw jergghu jmorru fil-vantagg. Hawnhekk l-istess sistema li ntuzat kontra Gharghur regghet tat il-frott taghha. Il-passaggi filtranti minn R Zammit u Bugeja fejn dawn iz-zewg plejers kien qieghed ikollhom loghba tajba hafna bdew jaqtghu lid-difiza avversarja fi tnejn. Lejn nofs it-tieni taqsima, Sammut rebah ballun fuq ix-xellug, qassam centralment lejn Robert Zammit, dan qabez player u tefa minn fuq il-gowler ghal-goal cert. Il-ballun jahbat mal-lasta u pront dahal C Zammit li baqa jsegwi l-azzjoni u skorja bir-ras gowl facli. Wara ftit minuti, Versity ghamluhom 4-2 meta free-kick pingut ta’ Bugeja jara lil Cutajar jidhol tajjeb fil-kaxxa u jiskorja b’daqqa ta ras tajba fost il-ferh ta’ shabu. Il-Gunners urew li l-loghba ma kinetx mitmuma ghax wara biss ftit minuti naqqsu d-distakk minn azzjoni ta’ corner.

 

Dan kien il-preludju ghall-pressjoni kontinwa fuq id-difiza tal-Versity. Grima u Bonanno qaghdu attenti ferm li ma jizbaljawx, mghejjuna minn Salerno u Buttigieg. Versity bdew jaharbu bil-kontrattakk u f’wiehed minn dawn issiggillaw ir-rebha minn passagg filtranti ta’ R Zammit lejn Bugeja li qabez b’abbilta lil gowler u tefa fix-xibka ghall-skor finali ta’ 5-3.  Versity sahansitra kellhom cansijiet ohra izda ma rnexxilhomx jdaruhom f’aktar gowls.  Is-Sengleani baqghu jippruvaw ghalkemm l-isfida taghhom giet fix-xejn u d-dizappunt taghhom kien evidenti anki minn numru ta fouls li kkommettew.  

 

Din kienet rebha importanti hafna ghall-Versity, kemm ghax din giet kontra tim mill-ewwel divizjoni u kemm ghax timlihom b’moral qawwi ghall-loghba kritika kontra Fgura Gladiators mill-kampjonat. L-istess determinazzjoni li ntwerier f’din il-loghba ghandha tkun ta’ awgurju tajjeb ghal-loghob li jmiss.

 

 

Voti:

 

Agius            : 7.0 – Sikurezza

Salerno            : 7.0 – Harga tajba

Buttigieg        : 7.0 – Mutur fuq il-lemin

Grima            : 7.0 – Sodezza

Bonanno        : 7.0 – Konsistenti

Cutajar          : 7.5 – Tajjeb hafna

Camilleri         : 8.0 – Brillanti

R. Zammit      : 8.0 – Maestro

C. Zammit      : 7.5 – Opportunist

Bugeja          : 8.5 – Majestuz

Sammut         : 7.5 – Jinsab f’forma tajba

 

Sostituti:

Scerri            : 6.5 – Bilanc quddiem id-difiza

Fiorentini       : 6.0 – Prova jzomm il-pussess f’hin kritiku

 

Player tal-loghba:

Pawlu Bugeja  : F’loghba fejn il-plejers tan-nofs taw prestazzjoni eccellenti Pawlu deher li kellu dik ix-xi haga aktar.  Loghba fejn iddefenda, mexxa l-loghob, ta assist, skorja u kien xewka kontinwa f’dahar l-avversarji.