Rebha b’goal kull taqsima fuq Fgura Gladiators, Versity Tal-Qroqq irnexxielhom
imorru f’ras il-klassifika ghall-ewwel darba fl-istagun. Din kienet rebha importanti hafna ghax hekk issa Tal-Qroqq
ghandhom zewg punti vantagg fuq Marsa Baxter li pero laghbu partita aktar u erba’ punti fuq Marsaxlokk b’loghob
indaqs. Il-partita li jmiss kontra l-istess Marsaxlokk taf tkun dik decisiva ghall-kampjonat kollu.
Il-coach Camilleri biddel il-koppja difensiva centrali biex jilqa’ ghall-karatteristici
offensivi ta’ Fgura u laghab lil Cutajar ma’ Grima, filwaqt li Bonanno laghab max-xellug. Bidla ohra kienet fil-formazzjoni
tattika ghax Versity qalbu ghal 4-4-2 minflok 4-5-1 b’Mifsud jakkompanja lil Fiorentini fl-attakk. Mieghu fuq il-bank
Camilleri kellu lil Williams, Salerno, C. Zammit u Sammut.
Il-bidu tal-partita kienet xi ftit konfuza bil-Versity ma jistghux jilghabu l-loghba
taghhom ghax sabu oppozizzjoni ta’ kwalita li anke fl-ewwel round tathom battikata tajba. Iktar ma beda jghaddi hin
pero, Tal-Qroqq bdew jaqbdu r-ritmu bi Fiorentini inizzel numru sostanzjali ta’ blalen lejn shabu ta’ nofs il-ground
li izda ma bdewx jigu sfruttati ahjar. Versity imma kellhom l-ahjar cansijiet
fejn fost ohrajn A Camilleri zbalja minn pozizzjoni ideali. Fgura ma qaghdux lura u bdew jinsistu bil-pussess tal-ballun u giri li pero ma bdewx
ikunu perikoluzi lejn il-lasta difiza minn Agius. L-ewwel
goal wasal lejn nofs l-ewwel taqsima meta balloon mirbuh fi tliet kwarti ta grawnd, Fiorentini nizzel il-ballun elegantement,
dar u fajjar xutt mal-ewwel minn barra l-kaxxa bil-goalkeeper ftit ‘il barra minn postu jmiss il-ballun izda mhux bizzejjed biex Versity jiehdu
vantagg misthoqq. Tal-Qroqq baqghu ikunu xi ftit dominanti f’nofs il-ground b’Scerri jirbah il-blalen u R. Zammit,
Camilleri u Bugeja jifthu l-loghob.
Fit-tieni taqsima il-coach Camilleri qaleb it-tattika ghal 4-4-1-1 b’Mifsud jmur
mal-linja, R. Zammit jghin lil Fiorentini fuq quddiem u Bugeja jiccentra. Ghal darb’ohra dan l-istagun Camilleri qara
l-loghba intelligentement ghax minn hawn Versity kienu kmandi
assoluti tal-loghba. Fiorentini baqa’ jirbah il-blalen fl-ahjar prestazzjoni
ta l-istagun u jgib hafna fouls u b’hekk jitfa’ l-pressjoni fuq id-difiza avversarja filwaqt li Bugeja beda jiehu
aktar it-tmun tal-loghba f’idejh. Fil-fatt kienu diversi l-azzjonijiet li bdew min ghandu u li holqu periklu. Sfortunatament,
l-ewwel bidla fil-Veristy kellha ssir wara injury ta’ Bonanno li gie mibdul minn Salerno. Ftit hin wara kellna tkeccija ghall-player tal-Gladiators ghal
dahla xejn kumplementuza fuq Camilleri u hawn dawn dehru li cedew l-armi. Zewg sostituzzjonijiet gew maghmula fejn dahlu C.
Zammit flok Fiorentini u Williams flok R. Zammit. Tal-Qroqq kellhom diversi cansijiet biex jalghqu l-loghba u dan ghamluh
lejn tmiem il-loghba. Azzjoni korali tat-tim tigi mizmuma mid-difiza avversarja bil-ballun vaganti jigi f’saqajn Scerri
li spara tajjeb lejn ir-rokna t’isfel fost il-ferh ta’ shabu. Il-partita ghalqet b’rebha ghall-Versity bl-iskor
ta’ 2-0.
Fi tmiem il-partita kien hemm atmosfera ferrihija fil-kamp ta’ Tal-Qroqq ghax
din ir-rebha tefghathom ghall-ewwel darba fl-istagun f’ras il-klassifika meta ghat-tmiem ghad fadal biss zewg loghbiet.
Dan kien pass importanti b’koncentrazzjoni gusta biex jinkiseb ir-rizultat. Pero kulhadd irid izomm f’mohhu li
s’issa ghadu ma nkiseb xejn. Il-loghba li jmiss tista’ ssarraf fir-rebh tal-kampjonat izda biex dan isehh irid
ikun hemm l-istess koncentrazzjoni u determinazzjoni li kien hemm tul dan il-kampjonat. Kuragg Versity! L-ahhar sforz!
Voti:
Agius
: 6.0 – Ftit li xejn impenjat
Bonanno :
7.0 – Bidel il-posizzjoni izda mhux l-prestazzjoni
Buttigieg :
7.0 – Determinat
Grima
: 7.0 – Fortizza
Cutajar
: 7.0 – Mexxa id-difiza tajjeb
Scerri
: 7.5 – Goal stupend
Camilleri
: 7.0 – Brillanti mal-linja
R. Zammit : 6.5
– Xi ftit maghluq fin-nofs
Fiorentini :
7.5 – Strumentali
Bugeja
: 7.5 – Fil-mument tal-glorja
Mifsud
: 7.0 – Tormenta l-avversarji
Sostituti:
Salerno : 6.0 – Taht pressjoni
C. Zammit : 6.0
– Kontribut siewi
Williams
: 6.0 – Ghal ftit ma skurjax
Player
tal-loghba:
Leonardo Fiorentini: Id-determinazzjoni li wera fil-grawnd kienet xi haga ezemplari
fejn gab numru ta’ fouls, nizzel hafna blalen u fuq kollox goal mill-isbah. Bla dubju l-aqwa prestazzjoni tal-istagun