VERSITY TAL-QROQQ AFC

Versity Champions u Promossi
Home | Gallery | Fixtures | History | Squad | Archives | Guestbook

VERSITY TAL-QROQQ                     2

MARSAXLOKK AFT                            0 

 

Abdilla, Sammut, Buttigieg, Grima, Vella, Scerri, Camilleri (Baldacchino), Williams(R.Zammit), Fiorentini (C. Zammit), Bugeja, Mifsud 

 

Scorers: Mifsud, Camilleri

                                                                                                                          

13 ta’ Marzu 2010: Versity Tal-Qroqq Champions. Din id-data zgur se tibqa’ mnizzla fil-memorji tal-Versity ghax din tfisser l-ewwel darba fl-istorja twila taghhom ta’ 14-il sena li rebhu kampjonat. Dan ir-rebh tal-kampjonat ifisser ukoll promozzjoni diretta ghall-Ewwel Divizjoni tas-Swan League 2010/11. Ir-rebha ta’ nhar is-Sibt kontra Marsaxlokk bl-iskor ta’ 2-0 tat matematikament it-titlu meta ghat-tmiem fadal partita ohra x’tintlaghab. Partita li tista tfisser ukoll li Versity jirbhu l-kampjonat minghajr telfa.

 

Konxju mill-importanza tal-loghba, il-coach Daniel Camilleri prepara sew it-tattika li kien ser jaddotta u mill-players li se jinzlu fil-ground. Sfortunatament, hu kellu jaghmel tibdiliet fid-difiza li tant tat rizultati tajbin din is-sena. Fil-fatt neqsin minn din il-loghba kellna lil Bonanno li ma rkuprax mill-injury li sofra fl-ahhar partita u Cutajar li kien indispost. Minflokhom laghbu Vella centrali u Sammut max-xellug bit-tnejn li huma kellhom partita kbira. F’nofs il-ground kien hemm bidla wahda b’Williams jiehu post Robert Zammit. 

 

Versity mal-ewwel telqu biex jibdew jiddettaw il-loghob u ma jhallux il-Marsaxlokk jiehdu ir-riedni tal-loghba f’idejhom.  Tal-Qroqq bdew idawru l-ballun tajjeb biex jsibu ftuh ghall-lasta avversarja  imma M’Xlokk dejjem ghalqu tajjeb. Dawn ippruvaw johorgu mid-difiza taghhom b’passaggi veloci imma Tal-Qroqq kienu dejjem attenti bil-plejers ta’ nofs il-grawnd jaghlqu tajjeb.  L-andament tal-loghba rat lil tal-Qroqq dejjem imexxu l-loghob. Kellhom xi opportunitajiet imma dawn ma gewx sfruttati.  Min naha taghhom M’Xlokk ma tantx irnexxilhom jaghmlu pressjoni fuq il-lasta avversarja.  Fil-fatt dawn lanqas kellhom xutt lejn il-lasta ta’ Tal-Qroqq fl-ewwel taqsima.

 

Fit-tieni taqsima M‘Xlokk ippruvaw jbiddlu ftit il-loghba taghhom imma dawn dejjem gew imrazzna mid-difiza tal-Versity li uriet ghalfejn hija l-anqas difiza li sfat gowls dan l-istagun.  Tal-Qroqq ma qaghdux jharsu u spiss kienu huma li mexxew il-loghob bil-ballun jitla sabih minn kull naha tal-grawnd.  Wara xi kwarta loghob fit-tieni taqsima ballun mirbuh fid-difiza ta tal-Qroqq rat lil Grima il-captain habrieki jaghti passagg meqjus u preciz fejn sab lil Mifsud fuq ix-xellug li kkontrolla b’mod tajjeb, gera u baqa diehel u b’xutt fil-baxx gheleb lil gowler ta M’Xlokk ghal vantagg meritat u fost il-ferh kbir tal-plejers ta’ Tal-Qroqq. Hawnhekk M’Xokk ma kellhomx triq ohra hlief jmorru biex jgibu zewg gowls ghax rebha biss setghet izzomhom fit-tellieqa ghat-titlu.  Imma ma setghux jeghlbu l-organizzazjoni f’kull dipartiment li kellhom tal-Qroqq fejn dawn baqghu kalmi u jiggieldu ghal kull ballun. It-tensjoni kibret u dehret fuq iz-zewg nahat imma kif kien baqa xi 10 minuti Tal-Qroqq irduppjaw.  Ballun mirbuh minn Scerri fuq ix-xellug, dan tah lil Mifsud li dahal mal-genb tal-kaxxa il-kbira u ta pass preciz lejn in-naha l-ohra tal-lasta fejn hemm kien Camilleri li skorja fost il-dellirju ta shabu. M’Xlokk xorta ippruvaw u bi ftit minuti fuq l-arlogg dawn gew moghtija penalty dubjuz ghal handsball.  Inkariga minnu in-numru 8 ta’ Marsaxlokk imma dan ra ix-xutt tieghu preciz lejn ix-xellug t’isfel tal-lasta jigi salvat minn Abdilla li ftit wara ukoll jaghmel intervent iehor tajjeb. 

 

It-tisfira finali rat lil Tal-Qroqq johorgu rebbihin u anki jigu inkurunati champions tat-tieni divizjoni. Kienet loghba missielta tassew bejn zewg skwadri tajbin hafna.  Tal-Qroqq kif jixhed l-andament tal-kampjonat saru Champions misthoqqa minhabba il-konsistenza li urew tul l-istagun kollu fejn s’issa ghadhom anki ma tilfux loghba. Dan l-istagun kien wiehed totalment differenti minn ta’ qablu fejn ra lill-Versity jispiccaw ta’ qabel tal-ahhar filwaqt li din is-sena rebhu l-kampjonat. Prosit kbira tmur lil tal-kumitat li tant hadmu tul ix-xhur tas-sajf biex igibu l-players u l-isponsors ghal dan l-istagun, lil Leo Fiorentini li minghajru zgur li ma kienx jinbena l-ispirtu ta; grupp u kumbattiv li t-tim wera tul dan l-istagun u fuq kollox lill-players li taw qalbhom tul il-kampjonat kollu u wrew li kapaci jaeghlbu kull ostaklu u jsiu Champions. Prosit Versity Tal-Qroqq!!

 

Voti:

Abdilla: 7.5 - Prestazzjoni kbiraa mzejna minn penalty milqugh

Sammut: 8 - Eccezjnali

Vella: 7.5 - Surmast fid-difiza

Grima: 7.5 - Sodezza

Buttigieg: 7.5 - Certezza

Scerri: 7 - Xewka izda dahal wisq f'argumenti mal-avversarji

Camilleri: 7.5 - Torment

Williams: 7 - Pedina imporntanti 

Fiorentini: 7.5 - Qlubija u determinazzjoni

Bugeja: 7.5 - Tmun tal-loghob 

Mifsud: 8.0 - Konkretezza

 

Sostituti:

 

R. Zammit: 6 - Ikkalma l-loghob 

C. Zammit: 6 - Ippressa l-avversarji

Baldacchino: n.v - ftit hin biex ihalli impatt

 

Player tal-loghba:

Aaron Mifsud: Goal u assist fl-iktar loghba importanti tal-istagun fejn gie deciz il-kampjonat. Il-harbiet tieghu max-xellug kienu determinanti mhux biss f’din il-loghba izda tul l-istagun kollu.