Versity Tal-Qroqq iccelebraw ir-rebh tal-kampjonat b’rebha kbira ta’ 6-0 kontra Paola
Peacocks fl-ahhar loghba tal-kampjonat. Din kienet rebha li gabet fi tmiem kampanja brillanti mit-tim tal-Versity li fiha
spiccaw minghajr telfa wara 12–il loghba, kif ukoll l-aqwa attack u l-aqwa difiza. Sempliciment eccezjonali! Din kellha
tkun ukoll l-ahhar loghba ta’ Leo Fiorentini li se jirritorna lura lejn l-Italja minhabba ragunijiet personali. Zgur
li se jkun immisjat minn shabu kollha partikolarment ghad-determinazzjoni u l-ispirtu ta’ grupp li ta
lit-tim.
Ghal din il-loghba, il-coach Camilleri kellu ghad-disposizzjoni lil kull player
tat-tim ghajr ghal Donald Scerri li kien indispost. Camilleri applika ‘it-turnover’
u ghalhekk Salerno, Baldacchino, Charles u Robert Zammit sabu
ruhhom fil-formazzjoni inizjali minflok Sammut, Buttigieg, Mifsud, u Camilleri rispettivament.
Il-Versity niezlu ghal din il-loghba bi flokkijiet specjali biex ifakkru l-okkazjoni gentilment
sponsorjati minn Ecovis. Il-koncentrazzjoni kienet ovvjament
differenti mill-loghbiet ta’ qabel u din inhasset fl-ewwel fazijiet meta Paola Peacocks kienu ahjar minn
Tal-Qroqq fejn anki laqtu il-minduda minn xutt spekulattiv. Il-Versity minn naha
taghhom kienu qieghdin jadattaw ruhhom ghall-kambjamenti f’xi pozizzjonijiet u ghal-fatt li issa kienu qeghdin jilghabu
bhalha Champions. Aktar ma ghadda l-hin, iktar beda johrog il-potenzjal tal-Versity u bdew jitfghu l-pressjoni fuq id-difiza
tal-Peacocks. L-ewwel okkazjoni waqghet f’saqajn Bugeja li mill-vicin ma’ skurjax bil-goalkeeper avversarju jitfa’
f’corner. Wara kien imiss lil Salerno li b’xutt minn 30 metru laqat il-mimduda. Ftit wara kellna protesti min-naha tal-Versity wara li C
Zammit twaqqa mil-gowlkeeper avversarju bir-referee jhalli l-loghob ghaddej. L-ewwel taqsima ghalqet minghajr goals.
Matul il-mistrieh, saret il-prezentazzjoni tat-trophies. Wara diskorsi minghand il-President tas-Swan
League, is-Sur Lino Bartolo u mill-Vici-President tal-Malta Football Association, Dr. Peter Fenech, inghatat it-trophy tar-runners-up
lil Marsa Baxter u wara t-trophy tac-Champions lil Versity Tal-Qroqq. Dan kien mument ta’ ferh kbir ghall-players kollha
tal-Versity li thabbtu kemm felhu tul dan il-kampjonat u li gab mieghu sodisfazzjonijiet kbar.
Bit-trophy f’idejhom, il-Versity dehru tim totalment differenti minn dak ta l-ewwel taqsima u bis-sahha ukoll tas-sostituzzjonijiet iddominaw ghal kollox
lil Paola Peacocks. Protagonist assolut kien Charles Zammit li skorja tripletta bl-opportunizmu tipiku tieghu u ghalaq il-kampjonat
b’mod stupend. Biex ihalli Malta b’rikordju sabih, Fiorentini
skorja goal sabih b’lob minn barra l-kaxxa biex ftit
minuti wara gie sostitwit fost l-applawzi kbar ta’ shabu l-players. Camilleri u Williams ma qaghdux lura minn din il-festa ta’ gowls u sabu x-xibka huma wkoll biex issigillaw
ir-rebha kbira ta’ Versity Tal-Qroqq bl-iskor finali ta’ 6-0.
Versity Tal-Qroqq temmew l-ewwel kampjonat mirbuh fl-istorja taghhom bl-unuri kollha. Kampjonat
li fih ghaddew minn mumenti ta’ stennija fejn ghal
hafna zmien kienu fit-tieni post wara Marsa Baxter. Imma kienu wkoll kapaci li meta Marsa fallew, il-Versity approfittaw u
ghelbu l-pressjoni u hargu rebbieha biex hadu l-kmand tal- klassifika.
Prosit kbira tmur ghal players kollha li min b’mod u min b’iehor ta is-sehem tieghu
ghal din ir-rebha. Prosit tmur ghal Leo li minn
imkien dahal fil-qalb u l-mohh tal-players, prosit tmur ghall-kumitat li fix-xhur tas-sajf hadem bis-shih biex jibni skwadra
biex tisfida ghall-unuri u fl-ahhar izda mhux l-inqas lil Daniel Camilleri li tul
is-snin kollha li t-tim kien imwaqqaf dejjem kien prezenti u dejjem iddedika hin twil biex jara li l-Versity Tal-Qroqq Champions!
Voti:
Agius: 7
– Dejjem zgur fl-interventi tieghu
Salerno: 7.5
– Halla l-aqwa prestazzjoni ghall-ahhar loghba
Baldacchino: 7 –
Ritorn mill-bidu brillanti
Grima: 7
– Sette fisso!!
Cutajar: 7 –
Kalma u eleganza
Vella: 7 – Blata fin-nofs
R. Zammit: 6.5 –
Ghalkemm mhux f’postu, tajjeb xorta
Williams: 7.5
– Lura ghall-aqwa forma
Fiorentini: 7.5
– Un grande!!
Bugeja: 7 – Grintuz
C. Zammit: 8.5 –
Opportunizmu fl-aqwa tieghu
Sostituti:
Camilleri: 7 –
Bidel l-andament tal-loghba
Mifsud: 7 –
Il-goal biss kien jonqsu
Schembri: 6.5 – Il-presenza tieghu rigal ghall-hidma tul l-istagun
Player tal-Loghba:
Charles Zammit: Ma tantx jidher waqt il-loghba pero meta l-ballun
jersaq ftit metri biss mil-lasta tarah lest biex jitfghu fix-xibka. Ergajna rajna il-predatur tal-kaxxa. Ghalaq il-kampjonat
fuq nota fantastika.