Wara c-celebrazzjonijiet tar-rebh tal-kampjonat, il-Versity issa tefghu l-attenzjoni
taghhom fuq il-kompetizzjoni Knock-Out. B’rebha konvincenti kontra Senglea Gunners fl-ewwel round, l-isfidanti fil-kwarti-finali
kienu Fgura Gladiators. Iz-zewg timijiet ltaqghu darbtejn dan l-istagun fil-kampjonat bi draw ta’ 1-1 fl-ewwel round
u rebha ghal Tal-Qroqq bl-iskor ta’ 2-0 fit-tieni round.
Il-koncentrazzjoni fil-players tal-Versity kienet daqsxejn izjed rilassata mill-ahhar
loghbiet tal-kampjonat ghax issa kienu lahqu l-objettiv taghhom. Daniel Camilleri kellu bicca xoghol kbira biex jassigura li jkun hem mil-mentalita
gusta mill-plejers filwaqt li kellu jaghmel tajjeb ghan-nuqqas ta’ xi plejers. Fiorentini mar lura pajjizu, Bonanno
ghadu ma rkuprax mill-injury li kellu u Vella kien indisponibbli. Dawn il-players gew mibdula minn C Zammit, Cutajar, u Scerri rispettivament.
Mill-ewwel battuti tal-partita deher car li l-Versit tilfu xi ftit ir-ritmu u d-dixxiplina
tattika li ddistingwithom matul il-kampjonat u ta’ dan il-Gladiators gharfu jisfruttawh tajjeb ghax wara 10 minuti loghob
marru fil-vantagg. Ballun mhux mirbuh quddiem id-difiza u passagg filtranti li qabdet lid-difiza zbilancjata u pront kien
l-attakkant ta’ Fgura li tefa’ fix-xibka. Ir-reazzjoni mill-coach Camilleri kienet wahda li qisu kien jaf x’se
jigri imma mal-ewwel intefa jinkoraggixxi lill-plejers tal-Versity. Kif jghidu t-taljani “detto….fatto”.
Il-gowl iggalvanizza lil Versity u ghamlu reazzjoni. Bdew jiksbu kontroll tal-partita
u il-Versity gabu l-goal tad-draw. Azzjoni li bdiet fuq il-lemin, fejn il-ballun intlab lejn in-nofs u l-ewwel tentattiiv
intilef imma R Zammit baqa jinsisti rega seraq il-ballun u tefa gewwa minn
tarf il-kaxxa iz-zghira ghall-ewwel gowl stagjonali.
It-tieni goal wasal ftit wara meta azzjoni korali max-xellug issib lil Williams li b’xutt
sabih minn barra l-kaxxa (li ha devjazzjoni zghira) pogga
fil-vantagg lil Tal-Qroqq. Ghalkemm dan il-vantagg kien wiehed meritat, il-Versity ma kienux fl-istess vena tas-soltu b’dak
il-loghob sabih u dixxiplina tattika perfetta. L-ewwel taqsima ghalqet 2-1 favur il-Versity.
Wara il-bidu tat-tieni taqsima, twettqu zewg tibdiliet fejn Baldacchino u Bugeja dahlu
flok Sammut u C Zammit rispettivament. L-andament ma tantx inbidel bil-Versity ikollohom maggoranza ta’ pussess pero
mhux daqstant incisiv bil-Fgura dejjem lesti u jippruvaw isibu l-gowl tad-draw. Fil-fatt bdil tattiku min-naha tal-fgura beda
jitfa iktar pressjoni lid-difiza tal-Versity li bdiet tikklerja b’daqsxejn paniku u meta waslu vicin li jiskurjaw sabu
lil Agius pront u attent. Imma il-Versity kienu ukoll perikoluzi u minn harba tajba R Zammit
u A Camilleri gabu l-gowl li accerta lill-Versity minn passagg
ghas-semi–finali. Wara li akkwista ballun minn nofs il-ground, R Zammit spara xutt
minn barra l-kaxxa li habat mal-minduda bil-gowlkeeper meghlub.
Mir-rebound il-ballun spicca f’saqajn Camilleri li minghajr esitazzjoni ikkontrolla u spara gmiel ta’ xutt minn 30 metru lejn ir-rokna ghal gowl verament sabih. Il-Fgura ma qatghux
qalbhom u ippruvaw jiskurjaw imma dan kien kollu ghalxejn u l-Versity rebhu 3-1.
Partita li fiha l-Versity dehru li ma kienux fl-aqwa taghhom pero rebhu xorta. Dan huwa
sinjal tajjeb li juri li t-tim huwa b’sahhtu u jirbah ukoll meta ma jilghabx daqstant tajjeb. Issa jmiss s-semi-finali
kontra l-isfidanti principali ghall-promozzjoni, Marsa Baxter. Fil-kampjonat, iz-zewg loghbiet ta’ bejniethom spiccaw
ilkoll fi draw ta’ bla goals. Matul din is-sena, il-Versity kisru diversi records, min jaf din tkunx l-ewwel finali
ta’ kompetizzjoni Knock-Out.
Voti:
Agius: 6.5 – Attent
Sammut:6.0 – Kellu prestazzjonijiet ahjar.
Buttigieg:6.5 – Grintuz
Grima:6.5 – Taht pressjoni
Cutajar:6.5 – Gab il-kalma fid-difiza
Scerri:6.5 – Stinka
Camilleri:6.5 – Gowl stupend
R. Zammit:7.0 – Immanuvra il-loghob tajjeb
C. Zammit:6.0 – Tilef cansijiet ta gowl
Williams:7.5 – Kien kullimkien
Mifsud:6.0 – Loghba kwieta
Sostituti:
Baldacchino:6.0 – Ta iktar spinta mal-linja
Bugeja:6.0 – Kien iktar incisiv
Salerno: n.v – Ftit hin
Player
tal-loghba:
Charles Williams – Laghab loghba korali tajba fejn ghaqqad
l-attakk mad-difiza. Stinka, hadem u anki sab gowl tajjeb li ta certu serhan
lill-Versity f’mumenti difficli. Ir-ritorn tieghu ghal prestazzjonijiet
bhal dawn huma ta awgurju tajjeb.