Versity Tal-Qroqq ghelbu l-isfida ta’ Marsa Baxter u ghaddew ghall-finali tan-Knock-Out, l-ewwel finali
fl-istorja taghhom. F’din is-semifinali bejn il-protagonisti tat-tieni divizjoni kienet mistennija loghba kumbattuta
u din ma ddizzapuntatx ghax iz-zewg skwadri taw wirja ta futbol tajjeb imma milghub fi spirtu sportiv u ezemplari. Ta
min jinnota li it-tena arbitrali kellha kontroll mill-aqwa fejn ghanet biex il-loghba kienet wahda pjacevoli. Tal-Qroqq
urew l-ahjar idejat u loghob u hargu meritatament bhala ir-rebbieha 2 - 1 biex b’hekk qatghu passagg ghall-final.
F’temp shun u sajfi l-ewwel taqsima rat lil tal-Qroqq jiehdu l-inizjattiva tal-loghob u bdew jdawru il-ballun
biex jsibu spazju minhabba li Marsa Baxter kienu disposti tajjeb u kienu qieghdin jaghlqu tajjeb. Fil-fatt Marsa addottaw
tattika li jippruvaw jassorbu il-pressjoni u juzaw il-kontrattakk b’ballun milghub veloci ghall-attakkanti taghhom.
Il-coach Camilleri ghamel xi tibdil fit-tim specjalment fl-attakk fejn halla barra lil Mifsud u Charles Zammit li gew mibdula
minn
Williams u Bugeja rispettivament. Huma kellhom il-pussess u hadu ri-riedni ta nofs il-grawnd imma ma irnexxilhomx jinfdu id-difiza
filwaqt li Baxter kellhom xi cansijiet imma dawn gew imxejna min naha
tad-difiza ta’ Tal-Qroqq li kellha lura lil Bonanno fil-qalba tad-difiza. Fil-fatt qisu deher inevitabbli li l-iskor
jibqa ma jizblokkax ruhu bejn dawn iz-zewg skwadri f’din l-ewwel taqsima, ripetizzjoni tar-rizultat fiz-zewg rounds
tal-kampjonat.
It-tieni taqsima hadet l-andament tal-ewwel u Tal-Qroqq dehru aktar incisivi fil-loghob biex jsibu mezz kif
jiskurjaw. Bdew jaraw kif jistghu jifthu l-iskor b’modijiet differenti imma deher remot. Wara kwarta loghob
foul lejn tliet kwarti ta’ ground fin-naha tal-Baxter inghata favur Versity. Inkariga minnu Cutajar li tefa’
lejn il-kaxxa l-kbira u l-ballun jasal fuq it-tieni lasta fejn Bugeja tefa’ bir-ras ghal vantagg meritat. Dan
il-gowl deher iggalvanizza lil Marsa li hargu minn qoxrithom u bdew jilghabu aktar u minn ballun mirbuh lejn nofs il-grawnd inghata passagg perfett li sab
fuq sieq hazina lid-difensur tal-Versity bl-attakkant tal-Marsa jitfa gewwa b’xutt preciz fil-baxx. Dan il-gowl
hasad lil Tal-Qroqq u dehru li kienu qeghdin jaghgglu u jitilfu l-bilanc li kellhom waqt il-partita. Imma fi ftit minuti
regghu lura b’loghob tajjeb u minn azzjoni korali
li bidet mid-difiza il-ballun jasal fuq il-linja tal-lemin. Bugeja jqassam lil Robert Zammit li kkontrolla u spara xutt
mill-isbah bid-dawra li ma tax cans il-goaler tal-Marsa. Hawnhekk il-Marsa hargu biex jergghu jirkupraw ir-rizultat
u poggew lil Tal-Qroqq taht pressjoni kbira imma id-difiza flimkien mal-goaler Abdilla ghalqu
kull possibilita li Marsa jiskurjaw biex tasal it-tisfira finali li rat il-Versity Tal-Qroqq tohrog rebbieha u tasal ghal-ewwel
darba go finali fl-istorja tal-club.
Issa jmiss il-final kontra Ta’ Giorni Wolves, tim mimli unuri fis-Swan League u li kien sfidant ghar-rebh
tal-kampjonat tal-ewwel divizjoni. Ghal Versity dan kien stagun indimentikabbli, indipendentament mir-rizultat tal-final.
Stagun li fih rebah il-promozzjoni bhala Champions minghajr l-ebda telfa, wasal sas-semi-finali tal-Christmas Cup u issa bic-cans
biex jirbhu d-double. Jonqos l-ahhar sforz minn kulhadd
biex jingieb unur iehor lejn il-club.
Voti:
Abdilla: 7 – Puntwali f’kull intervent
Baldacchino: 7 – Mutur fuq il-linja
Buttigieg: 7 – Habrieki
Grima: 7 – Ghalaq l-ispazji tajjeb
Bonanno: 6.5 – That pressjoni f’certu hinijiet
Cutajar: 6.5 – Ikkalma l-loghba meta kien hemm bzonn
Camilleri: 6 – Sofra mhux ftit is-shana matul il-loghba
Scerri: 6.5 – Agressiv
Williams: 6.5 – Laghab tajjeb ghalkemm izolat fuq quddiem
R. Zammit: 7.5 – Goal stupend f’loghba kbira
Bugeja: 7.5 – Prezzjuz
Sostituti:
Mifsud: 6 – Dahal tajeb u seta’ skurja
C. Zammit: 6 – Wahdu fl-attakk
Sammut: n.v – Ftit hin
Player of the match
R. Zammit: Qed juri l-aqwa loghob fl-ahhar fazijiet tal-istagun wara perjodu mhux daqstant felici. Imoprtanti
kemm fin-nofs kif ukoll biex isib ix-xibka.