VERSITY TAL-QROQQ AFC

Versity Jaghmlu Doppjetta bir-rebh tan-Knock Out
Home | Gallery | Fixtures | History | Squad | Archives | Guestbook

VERSITY TAL-QROQQ                     3

TA' GIORNI WOLVES                       3

 

Versity Tal-Qroqq rebbieha 5-4 bil-penalties

 

Agius, Salerno (R. Zammit), Buttigieg, Grima, Baldacchino, Cutajar, Mifsud, Scerri, C. Zammit (Ellul Soler), Williams, Bugeja (Bonnici) 

 

Scorers: Williams, Bugeja, Ellul Soler

                                                                                                                          

Zgur li qabel il-finali hadt ma kien qatt jobsor li Ta’Giorni Wolves kellhom ifallu milli jirbhu din il-finali izda wirja qalbiena fl-ewwel finali fl-istorja taghhom Versity Tal-Qroqq ghamlu dak li ma kienx mistenni u nisgu isimhom fuq din it-tazza biex ghamlu rebha storika u ghalqu dan l-stagun b’mod memorabbli.  Kien stagun li beda bi skop li jkunu kompetitivi u jimmeljoraw fuq l-ewwel stagun imma dan  il-klabb maghmul minn plejers purament dilettanti li jilaghbu minn qalbhom u jaghtu kull ma jafu wassal ghal hafna aktar u dan b’mertu kbir lejn il-kumitat, kowc, plejers u anki familjari fejn l-ghaqda hija xi haga li tiddistingwi dan it-tim. Fit-trophy Versity kellhom jghelbu anki skwadri li huma armati sa sninhom fosthom Senglea Gunners u l-istess Ta’ Gironi Wolves minhabba li ghandhom plejers ta kalibru li huma jew kienu maghrufa sew fix-xena tal-futbol lokali.

 

Ghal din il-loghba Versity kellhom jhabbtuha ma numru ta’ assenzi minhabba varji ragunjiet fejn kien hemm neqsin: Antonio Camilleri (it-top scorer tat-tim), Roderick Vella, Aaron Sammut u Karl Bonanno.  L-iskwadra imma hija mibnija fuq numru ta plejers li kollha taw kontribut siewi matul l-istagun u li kienu ta importanza biex waslu ghal dawn is-successi. Il-kowc Daniel Camilleri ghalkekk ra kif jaghmel l-ahjar uzu tal-plejers disponnibli anki abbazi ta x’se jkollu fuq il-bank tas-sostituti li jistghu jtuh alternattivi ghall-matul il-loghba.  Ghazel strategija ta’ 4-5-1 biex jara kif jiehu hsieb li jnaqqas il-periklu tal-midfield u attakk b’sahhtu li niezlu bih Ta’ Giorni Wolves.

 

Fil-lasta rritorna David Agius li flimkien ma Chris Abdilla it-tnejn kienu importanti biex Versity dejjem setghu jkollhom rashom mistrieha li ghandhom goaler ta’ kalibru.  Fuq wara kien hemm l-assenza ta Karl Bonanno u ghal dan Camilleri laghab l-ewwel darba bhala koppja centrali lil Brian Baldacchino ma David Grima li ma ddizappuntawx u taw wirja tajba. Fuq il-lemin laghab Kris Buttigieg mutur fuq il-linja u fix-xellug beda t-tenaci Maurizio Salerno. Fin-nofs tal-grawnd bdew bhalha centrali Donald Scerri li jaghti hafna energija u ta kopertura lid-difiza u Adrian Cutajar biex jidderiegi il-loghob filwaqt li Charles Williams kellu jaghmel il-girjiet wara l-attakkant.   Fuq ix-xelluq laghab Aaron Mifsud filwaqt fuq il-lemin fl-assenza ta A Camilleri (li zzewwegg l-ghada l-Hadd) laghab Paul Bugeja.  Charles Zammit kien l-attakkant solitarju.   

 

It-temp li deher xi ftit imhawwad fetah u sar sabih u shun biex b’hekk il-partita intlaghbet go temperatura shuna. Taw bidu ghall-loghba Ta’ Giorni Wolves li bdew idawwru il-ballun u kienu intenzjonati li jippruvaw jieklu lill-avversarji taghhom bil-loghob taghhom u b’hekk jaghlqu il-loghba kmieni.  Versity imma zammew mal-principji li ddistingwewhom matul l-istagun li huma organizzazjoni f’kull dipartiment u karattru f’kull hin tal-loghba.  Il-Wolves hadu l-inizjattiva u bdew jippressaw u jippruvaw juzaw anki t-tul minhabba li kienu itwal fizikament imma id-difiza tal-Versity uzat l-intelligenza u zammet sod fejn id-difensuri Baldacchino, Grima u l-esterni Buttigieg u Salerno ghamlu numru ta interventi tajbin u precizi ghalkemm kultant ikkomettew xi infrazjonijiet venjali. Versity bdew bil-mod johorgu mill-qoxra taghhom u bdew jimmanuvraw blalen tajbin fejn wara ghaxar minuti anki habtilhom ballun mal-minduda minn xutt ta’ Williams. Versity iggieldu tajjeb f’nofs il-grawnd ghal kull ballun u hawnhekk rajna sew lil Cutajar, Scerri u Williams jikkumbattu mal-avversarji u rnexxilhom hafna drabi johorgu minn fuq u jilaghbu futbol tajjeb.  Fil-fatt Versity holqu periklu kontinwu mill-linji specjalment minn naha ta’ Bugeja li kellu loghba tajba.  Meta ghaddew madwar ghoxrin minuta loghob, ballun mirbuh tajjeb gie milghub lil Bugeja li rnexxielu jaghmel cross tajjeb fejn dahal Charles Williams li mattar siequ fuq l-ewwel lasta biex tefa’ lil Tal-Qroqq minn fuq.  Dan il-gowl hasad lil Wolves li issa riedu jgibu l-gowl tad-draw.  Ta’ Giorni dehru nervuzi sew u dan deher mil-atteggjament taghhom fil-konfront kemm tat-terna arbitrali u anki l-avversarji.  Huma ppruvaw jsibu mezz u ghalkemm ghamlu pressjoni u anki rebhu numru ta fouls lejn tliet kwarti tal-grawnd il-plejers taghhom ma rnexxilhomx jsibu ix-xibka tal-Versity li dejjem ikkontrollat tajjeb.  Kif konna fil-hin mizjud tal-ewwel taqsima fit 38 minuta ballun milghub tajjeb lin-numru hdax tal-Wolves sabu dahru lejn il-lasta. Dan ikkontrolla tajjeb u dar minn mal-markatur tieghu Scerri u rnexxielu jsib ix-xibka b’xutt b’sahhtu u preciz mal-ewwel lasta.  Bil-partita f’parita u l-hin ghadda r-referee saffar ghal tmiem l-ewwel taqsima.              

 

Il-bidu tat-tieni taqsima ma rat l-ebda tibdil fil-plejers la minn naha u lanqas minn ohra. Versity taw bidu ghal din it-taqsima u huma dehru kkoncentrati sew biex jaraw kif jergghu jsibu il-gowl.  Versity bdew jdawru il-ballun tajjeb u f’azzjoni kmieni il-ballun ittella’ minn naha tax-xelluq. Williams avvanza u ra tajjeb lil Bugeja jaghmel il-girja fuq il-lemin, b’dan tal-ahhar jikkontrolla tajjeb fuq il-girja u b’mod eccellenti tefa’ n-naha l-ohra tal-lasta biex pogga meritatament il-Versity fil-vantagg wara appena 5 minuti li kienet bdiet it-tieni taqsima.  Versity dehru qabdu ritmu tajjeb u komplew jilaghbu loghob tajjeb.  Ta’ Giorni ma qaghdux lura u ippruvaw jergghu jgibu il-gowl.  Imma l-Versity kellhom l-ahjar azzjonijiet u  fallew numru ta okkazzjonijiet tajba fejn setghu komplew jzidu l-iskor imma kemm Mifsud li kien qieghed jhabbat lid-difiza fuq ix-xelluq u Charles Zammit li ssielet kif seta wahdu fl-attakk ma rnexxilhomx fit-tentattivi taghhom bejn minhabba imprecizjoni u bejn il-bravura tal-gowler avversarju li f’okkazzjoni minnhom laqa x-xutt ta’ Mifsud li anki habat mal-lasta il-wieqfa.  Il-loghba bdiet anki tiehu xejra aggressiva fejn Ta’ Giorni bdew juzaw loghob iebes u f’azzjoni minnhom dehret cara daqqa lil plejer tal-Versity Salerno li bil-waqa spicca zloga l-ispalla.  Incident li sfortunatament temmet il-partita tal-plejer tal-Versity li anki spicca ttiehed l-isptar bl-ambulanza. Ir-referee ma rax l-azzjoni sew u ma pprovediex ghal dan.  Hawnhekk dahal jilghab Robert Zammit flok l-isfortunat Salerno b’ Cutajar jinzel mal-linja tad difiza. Ftit wara anki Ellul Soler dahal flok Charles Zammit li kien ezawzt minhabba l-hafna girjiet li ghamel fuq quddiem. Il-loghob kompla b’azzjonijiet ta loghob tajba miz-zewg nahat imma wiehed seta jara certu daqqiet ohra li rcevew plejers tal-Versity bi Grima jaqla daqqa go nofs wiccu ghal darb’ohra minn Stacey kif ukoll Williams, Scerri u Zammit li qalghu daqqiet xejn kumplementuzi. Ta Giorni baqghu jaghfsu ghad-draw imma d-difiza mmexxija issa minn Cutajar irnexxielha zzomm milli ssofri l-gowl fejn Grima, li rega kellu loghba tajba anki salva gowl cert tan-numru 7 minn xutt tajjeb indirizzat lejn ix-xibka. Bi ftit minuti fuq l-arlogg Camilleri ghamel l-ahhar mossa tieghu u biddel lil Bugeja li ta hafna u deher qieghed jghejja u dahhal lil Kenneth Bonnici.  Il-loghba dehret riesqa lejn tmiemha bil-Versity minn fuq 2-1 imma ballun mitluf fuq in-naha tal-lemin tan-nofs il-grawnd qabdet lil Versity fuq sieq wahda u ballun milghub fuq dik in-naha tad-difiza li kienet skoperta sabet lil plejer ta Ta’ Giorni puntwali biex jitfa gewwa fuq il-harga tal-gowler u intervent inutli tad-difensur tal-Versity biex simili ghall-ewwel taqsima Ta’ Giorni gabu draw fil-hin mizjud mir-referee.

 

Minhabba li l-loghba spiccat fid-draw 2-2 bdew il-hinijiet supplementari.  Bdew il-loghob Ta’ Giorni.  Versity zammew pass tajjeb u l-loghob kien maqsum bejn iz-zewg nahat. Manuvra tajba Ta’ Giorni rat xutt mill-genb jigi imblukkat minn Agius li izda b’xi mod harablu il-ballun minn idejh u dahal pront l-attakkant tal-Wolves u tefa lejn in-nofs biex siehbu kellu l-izjed xoghol facli li jitfa il-ballun gox-xibka u jmorru fil-vantagg ta 3 - 2. Versity dehru mahsuda ghalkemm mhux rassenjati imma ma irnexxilhomx jkunu ta periklu u kellhom joqoghdu attenti mill-avversarji li ppruvaw jaghlqu l-partita b’xi gowl iehor imma irnnexxilhom jevitaw kull periklu. It-tisfira tar-referee gabet fi tmiemha din l-ewwel taqsima.

 

Versity taw bidu ghat-tieni taqsima ta ghaxar minuti.  Bdew jtellghu ballun tajjeb imma ma rnexxilhomx jinfdu id-difiza li bdiet taghlaq tajjeb ghalkemm gieli kellha certu paniku fejn fost ohrajn kellu jkun intervent tajjeb tal-gowler tal-Wolves li salva autogowl cert.  Ta’ Giorni dehru aktar kuntenti jikkontrollaw imma f’attakk li kellhom l-attakkant taghhom Francica li kellu loghba medjokri ghal pretenzjonijiet kbar li ghandu, minhabba li gie imrazzan tajjeb mid-difiza tal-Versity, tilef il-ballun u ghadda xi kummenti zejda indirizzata lejn it-referee fost il-hafna li ghadda tul il-partita u r-referee baghtu jiehu doccja kmieni billi urieh it-tieni karta safra (kien diga qala karta ohra ghall-paroli fil-vojt fit-tieni taqsima tal-loghob normali).  Versity raw kif forsi jistghu jiehdu vantagg tas-sitwazzjoni u f’wahda mill-manuvri taghhom ballun mix-xelluq gie imqassam lil J Ellul Soler.  Dan dar u fajjar xutt baxx li ma deherx li kellu jhabbat wisq il-gowler avversarju.  B’xi mod dan ma hatafx tajjeb u harablu minn idejh biex il-ballun dahal helu helu fix-xibka ghall-gowl tad-draw.  Tal-Qroqq dehru jippruvaw jirbhu imma mhux li kienu daqshekk konvincenti ghax forsi anki dahlet l-ghejja u l-biza u t-timijiet dehru li kienu se jistennew l-lotterija tal-penalties biex tiddediciedi min johrog rebbieh.  U hekk kellu jkun ghax ir-rizultat baqa ma inbidilx u l-loghba spiccat 3 – 3.

 

Ir-referee flimkien mal-captains raw min se jibda jaghti l-penalties u Ta Giorni kellhom jibdew jixxutjaw huma u Tal-Qroqq jsegwu. L-ewwel tliet penalties gew kollha skurjati minn Ta’ Giorni u ghal tal-Qroqq skurjaw J Ellul Soler, D Scerri u R Zammit li kollha taw penalties precizi.  Fir-raba xutt il-plejer ta Ta’ Giorni ra lil goaler D Agius jaghmel titjira fuq ix-xelluq tieghu u jilqa bi bravura l-penalty.  Segwa C Williams li zamm kalm u skurja biex tefa lil-Versity fil-vantagg.  Ta’ Giorni skurjaw il-hames penalty biex issa id-destin waqa fuq l-ahhar penalty.  Dan inkariga minnu A Cutajar li b’kalma liema bhalha tefa ballun naha u goaler l-ohra biex hekk ta rebha storika lil-Versity fost id-dellirju ta ferh ta shabu u l-familjari taghhom.

 

Kienet loghba ikkumbattuta fejn il-favoriti gew meghluba, il-pacenzja rebhet kontra r-rabja, il-hsieb tattiku kontra is-sahha fizika u l-umilta ghelbet il-pretenzjoni zejda.  Versity fit-tieni sena biss taghhom fi hdan l-ghaqda ta SWAN din is-sena kienu t-tim ta min jammira fejn rebah it-tieni divizjoni minghajr ma jsofri telfa fi tnax il-loghba u anki irnexxilu jirbah it-trophy tan-Knock out.  Tim ibbazzat fuq ghaqda bejn il-membri li jilghabu l-loghba ghal gost bhalha passatemp (fejn nafu b’hafna ohrajn jilghabu ghal xi gwadann iehor).  Dan huwa tim li ura impenn qawwi, loghob intelligenti, manuvri tajbin u qlubija kbira biex ghamlu stagun kbir u indimentikabli ghalihom.  Zgur li din ir rebha hija ta’ awgurju ghal-isfida li ghandhom l-istagun li gej fejn ser jikkompetu fl-ewwel divizjoni fejn jibdew kontra l-Valletta St Pauli ghar rebh tas-Super Cup. Min jaf jekk il-Versity jergghux jibdew fejn hallew; nistennew u naraw!

 

Prosit Versity tassew.

 

 

Voti:

 

Agius:7.5 – Patta ghal gowl subit b’save tajjeb fil-penalty shoot out;

Baldacchino: 7.5 – Sodezza;

Buttigieg: 7 – Energija;

Grima: 7.5 – Grintuz;

Salerno: 6.5 – Taht pressjoni;

Cutajar: 7.5 – Mexxa loghob tajjeb;

Scerri: 7.5 – Stinka u iggieled bhal ljun;

P Bugeja: 8 – Gowl stupend u loghba tajba hafna fuq il-lemin;

Williams: 8.5 – Fantastiku;

Mifsud: 7 – Xewka fuq il-linja imma tilef xi cansijiet ta gowl;

C. Zammit: 7 – Xoghol siewi fl-attak izda ma kienx letali quddiem il-lasta;

 

Sostituti:

Ellul Soler: 7 – Gowl u kalma fil-loghob

R. Zammit: 6.5 – Immanuvra tajjeb

Bonnici: 6.5 – ghalaq l-ispazji

 

Player tal-loghba:

Charles Williams – Kien kullimkien jghin fid-difiza, jghaqqad il-loghob bejn id-dipartimenti, skorja l-ewwel gowl u assist tajjeb ghat-tieni apparti li skorja fil-penalty shoot out ukoll.  Ghalaq l-istagun fuq nota eccellenti. Ta min jghid li Charles lahaq din il-lobgha bl-ezatt ghaliex kien imsiefer u baqa gej dirett mil-ajruport donnu jien jaf li d-destin riedu jkun protagonist assolut tal-finali.