Champions u promossi minghajr telfa u r-rebh tan-Knock-Out. Daniel qatt kont tahseb
fil-bidu tal-istagun li l-Versity se jirbhu dawn l-unuri?
Ikolli nghid li fil-bidu ta’ l-istagun wara li ghamilna
l-akkwisti ta’ plejers godda kont mimli fiducja li ser inkunu protagonisti u li konna ser inkunu wiehed mit- timijiet
li niggieldu ghall-promozzjoni. Konna nafu li hemm timijiet b’sahhithom li kienu ilhom fis-Swan ghal diversi snin u
li kienu ser jaghmlu minn kollox biex jirbhu l-unuri. Ma rridux ninsew li kienet l-ewwel sena li sar il-league
tat-tieni divizjoni fis-Swan, ghaldaqstant kien hemm diversi timijiet li issa raw l-opportunita li jirbhu unur, ghaliex qabel
kienet tkun difficli meta kienu jhabtuwa ma’ timijiet bhal Valletta St Pauli, Ta Giorni u San Gwann 93. Kien hemm ukoll
timijiet godda bhal Marsaxlokk AFC u Marsa Baxter. M’Xlokk kien tim li kont naf li huwa organizzat u armati biex jirbhu,
waqt li Marsa Baxter huwa tim li kien jippartecipa ghal diversi snin f’Assoccazjoni ohra u kien rebah wkoll diversi
unuri.
Ghar-rigward tan-Knock Out din
hija kompetizzjoni fejn qatt ma kont nobsor li nistghu nirbhu, tikkunsidra li riedna neghlbu timijiet tal-ewwel divizjoni.
Din il-kompetizzjoni timlina b’kuragg kbir ghall-istagun li gej. Ma ninsewx li biex irbahna din il-kompetizzjoni eliminajna
lil Marsa Bater li gew runners-up fil-kampjonat tat-Tieni Divizjoni, u lil Senglea Gunners u Ta’Giorni li gew it-tieni
u t-tielet rispettivament fil-kampjonat tal-Ewwel Divizjoni.
X'tahseb li kienu l-fatturi li gabu dawn is-successi?
Kien hemm hafna fatturi, L-ewwel u qabel kollox kont nemmen
li dan il-grupp kien jaf iqum fuq saqajh wara stagun disatruz tas-sena ta’ qabel. Ma rridux ninsew li sentejn qabel
dan il-grupp kien kiseb rizultat tajjeb fit-tieni divizjoni tal-MAFA fejn konna gejna t-tielet. Kont fiducjuz li b’
numru zghir ta’ plejers godda li jikkumplemetaw mal-bqija konna nqumu fuq saqajna. Jien pruvajt ukoll nimmotiva diversi
plejers li kienu maghna l-istagun ta’ qabel, ghax kien importanti li nergghu nemmnu fina nfusna. Hadem hafna fis sessjonijiet
ta’ tahrig Leo Fiorentini; din ghenet hafna biex taghmel il-grupp fit-tim, grupp ta 23
plejer li ghalkemm 18 minnhom kienu regolari fit-tim anke l-hamsa l-ohra taw kontribut siewi. (Case in point Jacques li skorja
fil-finali ta’ K.O.).
Meta
kien il-mument fejn ghidt, "Iva l-league huwa taghna!"
Meta rbhana lil Marsaxlokk, pero’ r-rebha ta’ qabel mal-Fgura Gladiators kienet l-aktar wahda fundamentali,
ghaliex fl-ewwel round dan kien l-aktar tim li kien gabna f’diffikulta u wara r-rebha kontrihom fit-tieni round, u l-mod
konvincenti li rbahnielhom kont konvint li hadd ma kien ser iwaqqaf il-momentum li konna fih.
L-armonija bejn il-players kienet xi haga fantastika u dan kien f'ghajnejn kulhadd.
Kemm kienet difficli biex izzomm din l-armonija anke f'mumenti fejn il-pressjoni kienet kbira specjalment lejn l-ahhar
tal-kampjonat?
Meta tim jibda jirbah, aktar facli zzomm l-armonija, izda ahna tlajna fl-ewwel post tal-klassifika
meta kien fadal 3 loghbiet ghat-tmiem tal-kampjanat u l-armonija li kulhadd irnexxielu jzomm kienet fantastika, tqis li dejjem
konna bil-pressjoni ghax ma stajniex nitilfu aktar punti nkella ninqatghu mill-glieda ghall-promozzjoni. Ma kienx facli nhalli
plejers barra mil ewwel hdax, pero’ din kienet is- sahha tat-tim, li ghalkemm forsi mhux kulhadd jifhem ghalfejn baqa’
barra f’dik il lobgha, jaccettaw li t-tim maghmul minn-numru kbir ta’ plejers u bilfors xi hadd irid jibqa’
fuq il-bank. Tqis li matul l-istagun kwazi kullhadd baqa xi lobgha fuq il-bank.
Menzjoni partikulari ghal Leo Fiorentini. Dan il-player minn
imkien, dahal fl-iskwadra u kien importanti hafna ghas-success tat-tim. L-ispirtu rebbieh baqa jinhass anke
meta telaq lura pajjizu wara l-league. X'tikkummenta fuq dan?
Leo kien importanti ghax tana struttura fis-sessjonijiet ta’ tahrig kif ukoll fil-
motivazjoni u l-ispirtu ta’ ghaqda li rnexxielu jaghti lit-tim matul l-istagun. Jien kelli presjoni biex naghzel it-tim
ta’ kull lobgha izda Leo ghinni hafna billi naqqasli l-pressjoni fuq it-tahrig u ghinni fil-motivazjoni ta’ kull
lobgha.
Se jerga jkun fl-iskwarda l-istagun li jmiss?
Dan lanqas jien ghadni ma nafu. F’dawn il-jiem kont f’kuntatt mieghu u naf li
qieghed jerga’ jikkunsidra jirritorna Malta
izda kollox ghadu fl-arja.
Dawn is-successi kienu l-holma tieghek u ta' ohrajn li ilhom fit-tim mill-bidu nett. Irrealizzajt issa li waslu
jew ghadek ma trid temmen?
Kellna stagun inkredibbli li zgur kulhadd ha jibqa’ jiftakru ghal hajtu kollha. Trid
tqs li l-iskwadra hija maghmula minn plejers dilettanti
fejn hadd ma jilghab f’timijiet tal-MFA u dan jaghmel is-success taghna akbar. Hemm uhud minnha li l-anqas biss qatt
ma kienu nvoluti f’futbol tal-MFA, imsomma klabb zghir b’qalb kbira. Ir-rebh tal-kampjonat juri l-konsistenza
li kellna matul l-istagun fejn ma tlifniex lobgha li mhiex xi haga semplici. It-trijonf fin-K.O. kienet ic-cirasa fuq il-kejk,
kulhadd jibqgha jsemmija ghax irbahna tim li huwa mimli plejers li jiilghabu fl-Ewwel u t-Tieni Divizjoni tal-MFA, kif wkoll
b’uhud li kienu wkoll jilghabu fil Premier Division. Dan kollu jkabbar is-sinjifikat ta din ir rebha.
Is-sena d-diehla zgur li se tkun iktar difficli meta se tilghabu kontra timijiet ta' iktar kalibru fl-Ewwel
Divizjoni. Bdejtu tahsbu diga ghal dan?
Il-kumitat ser jiltaqa’ fil-granet li gejjin biex jiprepara ghall–istagun li
gej, ghalkemm diga’ ghamilna kuntatt ma xi plejers biex nsahhu tim. Issa trid tikkunsidra li minn stagun tikkompeti biex tirbah, issa rridu nassiguraw li nibqghu fl-ewwel divizjoni.
Biex isir dan il-mentalita trid tibqa’ l-istess, jigifieri li kullhadd jibqa’ jaghti sehmu sal-ahhar. Kulhadd
jrid jifhem ukoll li se tkun aktar difficli biex nirbhu kull lobgha.
Fl-ahharnett, ir-ringrazzjamenti tieghek lejn min imorru?
Nibda billi nirringrazja lill-plejers kollha tal-kontribut kollu li taw matul is-snin kollha,
kif ukoll ghall-mara tieghi u n-nisa tal-plejers kollha ghall-pacenzja li jiehdu biex ahna nkunu nistghu nipprattikaw l-isport
favorit taghna. Nirringrazja lill-isponsors, All Invest, Kasco u Ecovis tal-ghajnuna finanzjarja tul l-istagun. Ringrazzjament
imur ukoll b’mod specjali lil Aaron Sammut ghax-xoghol kbir li jaghmel biex jzomm il-website aggornata u lil David Grima, il-captain li dejjem sibt meta ridt xi parir kif wkoll lil Leo tal-kontribut li ta matul l-istagun.
Il-Holma ghadha ma spiccatx. L-istagun li jmiss irridu nirbhu aktar unuri. Apparti l-league,
Christmas Cup u Knock-Out, ser nikkompetu wkoll fis-Super Cup u Ray Bartolo Cup.
Ad multos annos Versity!!